PERFORMANCE AUDIT: SISTEMI U PRATTICI TA’ XIRI FL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA
| Numru ta’ xogħlijiet ta’ verifika mwettqa mill-Uffiċċju | Nazzjonali tal-Verifika matul is-snin li għaddew urew li, f’ċerti każijiet, is-sistemi u prattiċi ta’ xiri mhux biss ma kinux suffiċjenti iżda kellhom nuqqasijiet gravi. Dan kollu wassal lill-Awditur Ġenerali jistudja sew is-sistemi u l-prattiċi li jintużaw fl-amministrazzjoni pubblika u bħala każijiet ta’ studju eżamina tnax-il Dipartiment tal-Gvern u korpi regolatorji. |
| L-Awditur Ġenerali rrapporta | lill-Parlament dwar modi li permezz tagħhom ix-xiri pubbliku jista’ jkun mezz li jwassal għal titjib effettiv u b’hekk jintleħqu effiċjenzi ġodda fl-amministrazzjoni pubblika. Ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) jidentifika numru ta’ eżempji u prattiċi tajbin li organizzazzjonijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika jistgħu jaddottaw biex jikkonsolidaw u jsaħħu l-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam. Waqt li diġà jeżistu inizjattivi biex itejbu sistemi u proċessi għax-xiri pubbliku, l-NAO innota li għad hemm limitazzjonijiet f’dik li hi adozzjoni ta’ prattiċi aħjar u hemm fejn jista’ jsir aktar xogħol biex jissaħħu l-ħiliet meħtieġa. Il-bażi tal-infiq f’dak li hu xiri pubbliku hija sinifikanti ħafna u kull titjib għalhekk ikollu effett sostanzjali fuq fondi pubbliċi, u b’hekk iħalli riżorsi għal prijoritajiet oħra. |
Dan l-istudju ffoka l-aktar fuq:
· L-organizzazzjoni, riżorsi u l-importanza strateġika mogħtija lix-xiri pubbliku.
· L-iżvilupp ta’ policies u procedures dwar ix-xiri pubbliku.
· L-ippjanar ta’ ħtiġiet għal xiri.
· L-użu ta’informazzjoni dwar is-swieq, il-fornituri, u l-monitoraġġ fejn jidħol ix-xiri.
· Inizjattivi biex itejbu s-sistemi u l-proċessi ta’ xiri.
· L-immaniġġjar ta’ riskji f’dak li hu xiri.
· Opportunitajiet biex l-organizzazzjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika jingħaqdu biex jixtru flimkien.
L-aħjar sistemi u prattiċi ta’ xiri mhux dejjem ikunu daqstant faċli li jiġu implimentati u b’hekk jistgħu jieħdu ż-żmien biex jiġu stabbiliti. Ir-rapport jinkludi numru ta’ rakkomandazzjonijiet kif organizzazzjonijiet fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika jistgħu, skont iċ-ċirkonstanzi individwali tagħhom, kontinwament itejbu u jsaħħu l-attività tax-xiri tagħhom.
Il-pubbliku jista’ jara kopja ta’ dan ir-rapport fuq is-sit tal-NAO http://www.nao.gov.mt mid-29 ta’ Ottubru, 2009 fis-sezzjoni tal-‘Publications’.
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en