Left arrow Go Back

Għajnuna Ewropea għall-promozzjoni ta’ Lingwi anqas użati

pr1858
Date Icon 28/10/2009
Il-Parlament Ewropew laqa’ emenda mressqamill-EwroParlamentari Malti Simon Busuttil, biex fil-Budget tas-sena d-dieħla jkun hemm vot li jipprovdi għajnuna għall-promozzjoni ta’ lingwi anqas użati.
L-emenda kienet approvata mill-Kumitattal-Budget tal-Parlament Ewropew aktar kmieni dan ix-xahar, u waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew nhar il-Ħamis li għadda reġgħet kienet konfermata. Deċiżjoni finali issa tittieħed f’Diċembru.
Għalkemm il-Malti hu waħda mil-lingwi uffiċjalital-Unjoni Ewropea, hi waħda mil-lingwi anqas mitkellma.  Il-proposta ta’ Busuttil hi maħsuba biex ikun hemm għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea biex dawn il-lingwi ikunu magħrufa aktar.  Għalhekk dan il-vot se jservi biex jitfasslu proġetti pilota minn stati membri żgħar, biex jippromwovu l-prattika tal-lingwi uffiċjali Ewropej.
L-inizjattiva ttieħdet minn Simon Busuttilb’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Onor. DoloresCristina laqgħet bil-ferħ din l-inizjattiva u saħqet li “rridu nisfruttaw it-toroq kollha disponibbli għalina u nieħdu kull opportunita’ li tippreżenta ruħha fuq livell Ewropew biex insaħħu l-lingwa Maltija.  L-inizjattiva ta’ Simon Busuttil fil-Parlament Ewropew hi f’din id-direzzjoni”.
Min-naħa tiegħu l-EwroParlamentari SimonBusuttil qal li din il-proposta tiffittja perfettament fil-filosofija tal-Unjoni Ewropea dwar id-diversita’ tal-lingwi u l-multilingwiżmu.  Il-lingwi anqas mitkellma għandhom sfidi akbar x’jegħlbu anke f’termini ta’ riżorsi.  Għalhekk din l-għajnuna għandha tgħin biex jingħelbu dawn id-diffikultajiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow