Left arrow Go Back

Kampanja ‘tilqim kontra l-influenza staġjonali 2009’

pr1854
Date Icon 28/10/2009

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tħabbar li anki din is-sena, d-Dipartiment tas-Saħħa Primarja qed joffri din it-tilqima kontra l-Influenza staġjonali  mingħajr ħlas lil: 

·       kull min għandu iżjed minn 55 sena

·       kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat ma’ l-immunodefiċjenza bħal HIV jew l-AIDS

·       residenti kollha fl-Istituzzjonijiet. 

Fil-kaz ta’ persuni li għandhom eta’ inqas minn 55 sena, għandu jiġi ppreżentat jew il-kartuna s-safra, jew ċertifikat mediku reċenti, bhala evidenza ta’ mard kroniku.  

L-istaġun tal-influenza din is-sena se jkun iktar qawwi, u esperti qed jaħsbu li kemm il-virus ta’ l-H1N1 kif ukoll l-influenza staġjonali se jikkawżaw mard, dħul fl-isptarijiet u mwiet. Għalhekk id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tipprepara għall-fażi bikrija kmieni ta’ influenza,  li possibilment tkun iktar ħarxa. 

Id-Divizjoni qed tirrakkomanda l-vaċċin tal-influenza staġjonali bħala proċedura importanti biex tipproteġi kontra l-influenza staġjonali. Il-vaċċin huwa iktar importanti għal persuni b’riskju ikbar għal komplikazzjonijiet tal-influwenza.  

Huma wkoll rakkomandati li dawn il-prekawzjonijiet: 

  • Meta tagħtas u tisgħol għandek tgħatti ħalqek u mnieħrek b’tissue. Wara armi t-tissue.
  • Aħsel idejk spiss bl-ilma u s-sapun, speċjalment wara li tagħtas u tisgħol.
  • Aħsel idejk qabel tmiss għajnejk, ħalqek jew imnieħrek.
  • Evita kemm jista’ jkun kuntatt ma’ nies li huma morda bl-influwenza.
  • Jekk inti għandek sintomi tal-influwenza, oqgħod id-dar u kemm jista’ jkun evita kuntatt man-nies.

It-tilqim qed isir miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha bejn l-10.30 ta’ filgħodu u s-1.00  ta’ wara nofs inhar, mit-Tnejn sal-Ġimgħa u bejn l-10.00 ta’ filgħodu u nofs inhar is-Sibtijiet. Għall-ewwel ħmistax il-ġurnata ċ-Ċentri tas-Saħħa se jkunu miftuħin għat-tilqim bejn l-4 u s-7 ta’ fil-għaxija nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.  

Dawk in-nies li ma jistgħux joħorgu mid-dar minħabba mard jew diżabilità u jixtiequ jitlaqqmu kontra l-influwenza huma mitluba li jirreġistraw lilhom infushom billi jċemplu 21387526  bejn 12.00 u 3.00 ta’ wara nofsinhar.  Dawk il-persuni  li qegħdin jirċievu servizz mingħand l-MMDNA m’għandhomx għalfejn iċemplu l-uffiċċju sabiex jirreġistraw.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow