INAWGURAZZJONI TA’ LEARNING SUPPORT ZONE FIL-KULLEĠĠ SANTA TEREŻA, SEKONDARJA SUBIEN, BIRKIRKARA
pr1846
27/10/2009
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina dal-għodu inawgurat Learning Support Zone fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Birkirkara. |
| Dan is-servizz ta’ appoġġ huwa prova u evidenza | oħra li turi kif qed titwettaq ir-riforma ambizzjuża fl-edukazzjoni f’pajjiżna frott il-kollaborazzjoni ċara bejn l-iskejjel u l-għalliema, li qed twassal għal riżultati tajbin. |
| L-għalliem u l-Learning Support Assistant | assenjati fiż-żona tal-Kulleġġ Santa Tereża ikkollaboraw ma’ kollegi f’Kulleġġi oħra li diġà għaddew minn din l-esperjenza. |
| L-għalliem imbagħad ħejja abbozz ta’ Politika | tal-Kulleġġ dwar l-Imġiba Tajba li kienet diskussa f’numru ta’ laqgħat tal-Kunsill tal-Kapijiet tal-Kulleġġ Santa Tereża u sar tibdil meħtieġ. Dan l-abbozz tal-Politika tal-Kulleġġ dwar l-Imġiba Tajba kien mgħoddi lill-għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji għall-konsultazzjoni u wara li kien analizzat il-‘feedback’ tal-għalliema, l-abbozz kien approvat u daħal fis-seħħ fejn għall-ewwel sitt xhur kulħadd jista’ jerġa’ jgħaddi l-kummenti tiegħu dwaru. |
| Meta kollox kien lest, sar refurbishment | fil-Learning Support Zone b’investiment finanzjarju li daħlu għalih l-iSkola Sekondarja Subien Santa Venera, l-iSkola Sekondarja Subien Birkirkara, u l-Uffiċċju tal-Prinċipal, Kulleġġ Santa Tereża. |
| Saret riċerka bażika fost numru ta’ għalliema, | studenti u ġenituri u tfasslet il-proċedura li biha jkunu identifikati studenti b’diffikultajiet emottivi u ta’ mġiba li għandhom bżonn appoġġ. |
| Il-Ministru Cristina spjegat li għal kull | student li jattendi għal dan is-servizz, isir Programm Edukattiv Individwali maqbul bejn l-iskola, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom. Kull student jiffirma kuntratt li jinkludi l-Programm Edukattiv Individwali. |
| Il-Learning Support Zone għandha żewġ | funzjonijiet ewlenin. L-ewwel li toffri servizz ta’ appoġġ fuq bażi individwali b’taħlita ta’ metodi formali u informali ta’ tagħlim u t-tieni li tgħin biex l-istudent ikun inkluż fis-sistema mainstream. |
| Il-Learning Support Zone tal-Kulleġġ | Santa Tereża tinkludi wkoll is-Psycho-Social Therapy Room, li kull skola (primarja u sekondarja) tal-Kulleġġ għandha għas-servizz ta’ appoġġ tat-tfal u tal-istudenti kollha. |
| Il-Ministru Cristina qalet li din iż-żona | għandha toffri l-għajnuna meħtieġa lil dawk li jgħaddu minnha u tgħinhom jegħlbu xi diffikultajiet li jista’ jkollhom biex huma wkoll ikunu jistgħu ikomplu bl-istudji tagħhom b’suċċess u jiksbu l-ħiliet meħtieġa. Fil-fatt waħda minn dawn iż-żoni f’kulleġġ ieħor u li tat servizz lil numru ta’ studenti li issa rritornaw fil-klassijiet “mainstream”, għalqet temporanjament għax l-istudenti kollha għaddew minn din l-esperjenza b’suċċess. |
| Frank Fabri, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereża | spjega li x-xogħol kollu li sar f’din iż-żona sar wara konsultazzjoni u fuq suġġeriment tal-għalliema konċernati u ma kien hemm xejn impost minn fuq. Hu enfasizza li din iż-żona li se tilqa’ fiha tfal mill-iskejjel kollha tal-Kulleġġ Santa Tereża, saret possibbli għax l-iskejjel kollha kkontribwew mill-flus tagħhom biex kien irranġat il-bini u nxtrat l-għamara meħtieġa. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en