‘LEJL L-AKWIDOTT’ F’SANTA VENERA - IS-SIBT 31 TA' OTTUBRU
pr1843
26/10/2009
| Il-Kunsill Lokali Santa Venera | flimkien mal-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, u l-istudenti tal-Kulleġġ Santa Tereża dalgħodu nedew l-attività ‘Lejl l-Akwidott’. L-arkati storiċi tal-akwidott nhar is-Sibt, 31 ta’ Ottubru se jospitaw lejla ta’ arti, kultura, mużika, storja, fiera ambjentali, ikel Malti u folklor. |
| Apparti l-kultura u l-istorja li mistennija | jiddominaw din l-attività, se tingħata prominenza lil diversi attivitajiet relatati mal-ambjent. Dan ukoll bħala parti mill-kampanja favur ambjent aħjar fil-lokalitajiet, imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. |
| Chris Said faħħar l-inizjattiva tal-Kunsill | Lokali ta’ Santa Venera li permezz ta’ din l-attività qed jgħaqqad inizjattivi ambjentali ma’ avveniment ta’ divertiment biex irawwem iktar kuxjenza favur l-għarfien dwar aspetti ambjentali fit-tfal u l-kbar. Il-Kunsill ta’ Santa Venera qed jingħaqad ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali oħra li qed jipparteċipaw fil-Kampanja Lokalitajiet Indaf li ser trebbaħ €60,000 lil iktar lokalitajiet nodfa. |
| Fost dawn l-inizjattivi ambjentali, is-Sibt li | ġej, se jkun hemm open-air cinema li ser juri diversi filmati dwar it-trattament tal-iskart u r-riċiklaġġ; tħawwil ta' siġar biex jimtlew konki vojta fi triq il-Kbira San Gużepp u fl-iskola primarja, stand b’informazzjoni dwar ’Irriċikla t-Tlieta’, quizes u logħob għat-tfal b'laqta ambjentali. |
| Se jkun hemm ukoll il-kampanja 'Grazzi talli | użajt il-bin' - li se tippremja lil kull min juża wieħed mill-erba' siti tas-separazzjoni li ser jintramaw għall-okkażjoni. Infatti permezz ta' din il-kampanja, kull min jarmi f'dawn il-bins partikolari ser jinghata lura pjanta biex titħawwel fid-dar. |
| Attivitajiet oħra għal nhar is-Sibt jinkludu | l-ftuħ għall-pubbliku ta' Casa Leoni fejn illum hemm il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, b'tours informattivi. Se jkun hemm ukoll wine area fil-ġnien ta' Casa Leoni, wirja ta' fuħħar u ġarar tal-Majolika ta' żmien l-isptar tal-Ordni, ’l fuq minn għoxrin stand ta' ikel tradizzjonali Malti, żona tat-tfal, artisti li ser jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom filwaqt li jaħdmu xogħol ġdid, kif ukoll spettaklu live mill-band ta' Philip Vella akkumpanjat minn J Anvil, Deborah C, Debbie Scerri u Claudia Faniello, fost oħrajn. Is-serata se tagħlaq b’kunċert ta’ Freddie Portelli. |
| It-tnedija tal-attività saret fl-iskola primarja | fil-bidu tal-ġimgħa ambjentali, bħala parti wkoll minn Ekoskola, bis-sehem tal-istudenti nfushom u l-ħabib ambjentali tagħhom ’Xummiemu’. |
| ‘Lejl l-Akwidott’ ser issir nhar is-Sibt 31 ta' | Ottubru, fi Triq il-Kbira f'Santa Venera u tibda fit-8.00pm. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en