Il-Ministru għal Għawdex tinawgura proġett ta’ Rotary Club Malta fl-iskola Primarja ta’ Sannat
pr1833
23/10/2009
| Fl-iskola Primarja ta’ Sannat fi ħdan il-Gozo | College, ġie inawgurat proġett li ser iżid l-aċċessibiltà għall-faċilitajiet tad-drama għal tfal b’diżabilità. Dan huwa proġett sinifikanti ħafna għal din l-iskola għaliex tinkorpora wkoll taqsima speċjali li fiha jattendu tfal b’diżabilità minn Għawdex kollu. Din hija l-unika skola f’Malta u Għawdex li taqdi l-bżonnijiet ta’ tfal b’diżabilità flimkien mal-funzjonijiet ta’ skola primarja għal tfal oħrajn. L-iSpecial Unit għandha l-għan li tassigura element ta’ inklużjoni fil-proċess edukattiv tat-tfal u d-drama huwa meqjus bħala fattur importanti. |
| Kien għalhekk li r-Rotary Club Malta għażlet li | tiffinanzja parti minn proġett biex ittejjeb il-faċilitajiet fis-sala ta’ din l-iskola. Il-proġett kien jinkludi x-xiri ta’ self management hydraulic lift li ġie stallat wara l-palk, kif ukoll il-bdil tas-sistema tad-dawl u s-sound f’din is-sala. |
| Kien l-għan ta’ din l-assoċjazzjoni li tagħmel | rikostruzzjoni tal-palk biex jiġi kreat ċentru inklużiv, li hu uniku fuq il-gżira u li jaqdi l-eżiġenzi ta’ l-istudenti fl-iskola primarja u l-ispecial unit kif ukoll ta’ dawk l-istudenti li jattendu skejjel oħra, iżda regolarment jagħmlu użu wkoll mill-faċilitajiet ta’ din l-iskola. |
| Ir-Rotary Club Malta ġabru fondi li jammontaw | għal €25,000 li ntefqu f’dan il-proġett. Is-Sur Simon Bonello li kien President bejn l-2008 u l-2009, flimkien mal-Perit Joseph Spiteri li hu speċjalizzat f’dan il-qasam, ħadmu biex sar id-disinn ġdid skond linji gwida ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Ħaddiema mit-taqsima ta’ l-edukazzjoni fi ħdan | il-Ministeru għal Għawdex għamlu xogħol marbut mar-ristrutturar tal-palk, bdil ta’ madum u faċilitajiet sanitarji, tibjid u rfinituri flimkien ma’ l-istallazzjoni ta’ siġġijiet u aperturi ġodda. Saret ukoll control room ġdida li ġiet ukoll mgħammra mill-ħaddiema ta’ din it-taqsima. |
| L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, | inawgurat ix-xogħlijiet il-ġodda fil-preżenza tal-President attwali tar-Rotary Club Malta, s-Sur John de Giorgio, is-Sur Simon Bonello li kien President meta tnieda dan il-proġett, kif ukoll membri oħra tal-bord tar-Rotary Club Malta. |
| Il-Kap ta’ l-iskola flimkien ma’ uffiċjali | mit-taqsima ta’ l-edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kienu wkoll preżenti għall-inawgurazzjoni. Il-Ministru Giovanna Debono rrikonoxxiet l-inizjattiva meħuda mir-Rotary Club Malta li saħħet il-ħidma kontinwa tal-Ministeru għal Għawdex fl-impenn tiegħu biex itejjeb u jsaħħaħ l-faċilitajiet edukattivi f’Għawdex skond il-politika tal-Gvern b’risq edukazzjoni inklużiva. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en