Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU TA’ MALTA, FL-OKKAZJONI TAZ-ZJARA STATALI MILL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U S-SINJURA PARVANOVA – AUBERGE DE CASTILLE, VALLETTA – 21 OTTUBRU 2009

pr1817
Date Icon 21/10/2009
Sur President,Eċċellenzi, Sinjuri,
Għandi l-unur u l-pjaċir, f’isem il-poplu ul-Gvern ta’ Malta, li nagħti lill-Eċċellenza Tiegħu Georgi Parvanov, President tar-Repubblika tal-Bulgarija u lis-Sinjura Parvanova, merħba mill-qalb.
Iż-żewġ pajjiżi tagħna għandhom storja utradizzjoni twila li tmur lura sal-kulturi Neolitiċi li kien hawn b’mod partikulari f’Malta u l-Balkani. Xi arkeoloġi jirreferu għal din il-kultura bħala l-Ewropa Antika biex jiddeskrivu l-kultura relattivament omoġenea u mifruxa li ġiet qabel dik Neolitika Indo-Ewropea, parikolarment fiż-żewġ pajjiżi tagħna. Dan il-patrimonju komuni ppreċeda b’eluf ta’ snin il-vokazzjoni Ewropea komuni tagħna.
Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-Bulgarija uMalta, li ġiet stabbilita fl-1971, kibret u tkattret waqt li nfirxet fuq diversi oqsma bħall-kummerċ, kultura u turiżmu u koperazzjoni f’organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali. Iżda kien waqt is-Summit tal-Unjoni Ewropea f’Helsinki f’Diċembru 1999 li ż-żewġ pajjiżi tagħna resqu aktar lejn xulxin hekk kif bdejna l-vjaġġ lejn ideal komuni Ewropew, meta ż-żewġ pajjiżi tagħna ġew mistiedna biex jibdew in-negozjati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Bħala żewġ pajjiżi minn reġjuni differenti tal-Ewropa sibna l-għaqda fil-proġett Ewropew.
Iż-żewġ pajjiżi tagħna jaqsmu bejniethom għankomuni Ewropew. L-Unjoni Ewropea tgħaqqadna b’ambizzjoni komuni: li nibnu flimkien kontinent ta’ paċi u prosperità u li nsostnu l-valuri umani u soċjali komuni tagħna. L-Unjoni tirrappreżenta impenn qawwi li jmur ’l hinn mir-rispett għad-drittijiet umani, is-saltna tad-dritt u l-prinċipji tad-demokrazija. Dan ifisser sforz komuni li nibnu Ewropa li twassal għall-isfidi kbar li għandna quddiemna llum, l-ewwel fosthom hija l-kriżi ekonomika globali u l-perikli li qed jgħeddu l-ambjent tagħna.

Sur President,

L-Ewropa, u tista’ tgħid id-dinja kollha, għaddejja minn żminijiet diffiċli li qed ixekklu, jekk mhux wkoll iwaqqfu f’xi aspetti, il-proċess biex nilħqu dawn il-miri u l-prosperità komuni. Minkejja dan, il-kriżi ekonomika globali u l-perikli klimatiċi jinħtieġu li nirreaġixxu kollettivament b’mod aktar qawwi, l-ewwel u qabel kollox fost l-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll permezz tal-azzjoni komuni tagħna flimkien mal-kumplament tad-dinja.

Sur President,

Malta tikkunsidra ’l-Bulgarija, għalkemmmagħġuna ħaġa waħda mar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, bħala msieħba importanti fi ħdan id-dimensjoni Mediterraneja u d-djalogu bejn il-popli. Kien fit-tielet Laqgħa Informali tal-Unjoni Ewropea – Ministri tal-Affarijiet Barranin Mediterranji, li Malta organizzat fil-Belt Valletta fi Frar tal-2007, fejn konna qbilna li l-Bulgarija għandha tingħaqad ma’ dan il-grupp informali għax nafu li l-periferija tan-Nofsinhar tal-Unjoni tinħtieġ li tinżamm fil-perspettiva tal-policies u l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Malta temmen li l-Bulgarija ġġib magħha l-esperjenzali għandha fl-impenn attiv fil-fora tar-reġjun Ċentrali u tax-Xlokk tal-Ewropa bħall-Kunsill dwar il-Koperazzjoni Reġjonali u l-Proċess ta’ Koperazzjoni għax-Xlokk tal-Ewropa, kif ukoll fil-koperazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed, li għandha żżid il-valur u twessa’ r-rwol tagħha fil-kwistjonijiet, proġetti u inizjattivi li huma ta’ importanza reċiproka għall-pajjiżi tal-periferija tan-Nofsinhar tal-Unjoni.

Sur President,

Għandi l-pjaċir ninnota li fl-okkażjonitaż-Żjara Statali tiegħek, Eċċellenza, iż-żewġ gvernijiet tagħna ffirmaw ftehim importanti li jressaq iż-żewġ pajjiżi tagħna eqreb lejn xulxin u li jirrigwarda l-koperazzjoni bejn il-Ministeri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Dan il-ftehim jawgura tajjeb għal rabtiet politiċi aktar fil-qrib, imma l-aktar importanti għal relazzjonijiet aktar f’saħħithom bejn iż-żewġ popli tagħna.
F’dawn l-aħħar snin Malta u l-Bulgarija laħqugħadd ta’ ftehimiet oħra bilaterali. Minkejja dan ir-relazzjonijiet bilaterali ta’ bejnietna xorta fadlilhom potenzjal konsiderevoli fejn ikomplu jikbru, speċjalment fl-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi. Jiena għalhekk nistenna bil-ħerqa, fis-snin li ġejjin, aktar żvilupp fir-relazzjonijiet aktar fil-qrib bejn Malta u l-Bulgarija għall-ġid taż-żewġ popli tagħna.
Sur President,Eċċellenzi, Sinjuri,
B’dawn il-ħsibijiet, jiena issa nistedinkombiex tgħollu t-tazzi tagħkom u tixorbu bis-saħħa tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika tal-Bulgarija u s-Sinjura Parvanova u l-poplu tal-Bulgarija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow