Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Segretarju Parlamentari għas-Sahha, fl-okkażjoni tat-tnedija tal-Kampanja kontra t-tipjip ‘HELP’, organizzata mill-Unjoni Ewropea – San Ġiljan – 20 Ottubru 2009

pr1808
Date Icon 20/10/2009
Huwa tassew pjaċirgħalija li qiegħed magħkom hawnhekk illum biex nitkellmu dwar aspett  ferm importanti fejn tidħol is-saħħa tal-poplu Malta kollu. Huwa fatt aċċettat kullimkien u minn kulħadd li l-qasam tas-saħħa hu wieħed estensiv u kumpless għall-aħħar.  F’dan il-qasam min-naħa tiegħu, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard huma xhieda ħajja ta’ impenn sħiħ. Dawn dejjem taw kontribut sħiħ minħabba l-fatt li s-saħħa tolqot direttament lill-popolazzjoni kollha.
L-effett dirett mill-ammontita’ mwiet u mard relatat mat-tipjip huwa ta’ firxa wiesgħa ħafna. Dan ghaliex fl-aħħar mill-aħħar l-impatt ma’ jieqafx biss fuq dawk li jpejjpu, imma wkoll fuq tal-familja, il-komunita’, l-ammont ta’ produttivita’ fid-dinja tax-xoghol, l-impieg fih innifsu u s–sistema tas-saħħa. Dan finalment jirrifletti fuq is-soċjeta’ u fuq l-infieq ġenerali ta’ pajjizna, li jolqot direttament liċ-ċittadini Maltin mingħajr distinzjoni ta’ xejn. Din hija r-raġuni għax il-Ministeru tas-Saħħa u l-Politika Soċjali jindirizza din il-problema minn kull angolu possibbli.
It-tipjip ġewwa pajjiżna kien,għadu u jibqa’ aspett important minħabba l-konsegwenzi koroħ li huma marbutin miegħu. Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa dejjem għamel l-almu tiegħu kollu biex iħares lejn l-impatt tat-tipjip b’mod miftuħ. Dan inkorpora  kemm l-aspett legislattiv kif ukoll aspetti oħra, bil-għan li jeduka, jinforma u jipproteġi s-saħħa tal-poplu Malti kollu. Kienet is-sena 1986 meta pajjiżna ħa l-inizjattiva qabel pajjiżi oħra u ġiet introdotta l-liġi kontra t-tipjip.
Il-bżonn li jkun hemm ambjentħieles mit-tipjip huwa dritt fundamentali tal-bniedem u għalhekk il-gvern għamel il-liġi biex jipproteġi lil dawk li ma jpejjpux. Dan minħabba l-fatt li hemm evidenza li turi li t-tipjip imsejjaħ passiv, ipoġġi fil-periklu wkoll lil dawk li ma jpejjpux. Dawk l-individwi li jagħżlu li ma jpejjpux għandhom id-dritt li jkollhom ambjent nadif. Minn studji lokali huwa ndikat li wieħed f’kull erba’ persuni jpejpu. Jekk tapplika din iċ-ċifra, 300,000 persuna Maltija tista’ tkun qiegħda ssofri l-konsegwenzi ta’ tipjip indirett.
Din il-ligi ħolqot għarfien sħiħmal-pubbliku dwar il-ħsara li jagħmel it-tipjip, u llum dan m’għadux xi ħaġa li l-pubbliku ġenerali jieħu gost biha! Barra l-liġi fost affarijiet oħra, fis-sena 1994 ġie wkoll introdott is-servizz ta’ għajnuna minn fuq it-telefon għal dawk li jridu jieqfu.
lI-kampanji li jagħmel id-Dipartimenthuma fundamentali sabiex jinkoraġġixxu lill-pubbliku biex jieqaf ipejjep. Wasal iż-żmien ukoll li nippreparaw ħalli nintroduċu l-istampi grafiki bil-kulur fuq il-prodotti tat-tabakk. Dawn l-inizjattivi fost oħrajn ser ikunu parti minn strateġija wiesgħa biex ikunu elenkati l-bżonnijiet tal-poplu Malti f’dak li jirrigwarda l-vizzju tat-tipjip.
It-tabakk jibqa’ dejjemaspett li għandu jingħata importanza maġġura madwar id-dinja kollha, u f’dan ir-rigward Malta mhix eċċezzjoni. Huwa importanti li kontinwament nibqgħu nsostnu u noħolqu aktar kuxjenza dwar l-impatt qawwi  li t-tipjip għandu fuq is-saħħa tal-bniedem. Dan nibqgħu nagħmluh biex forsi sa fl-aħħar nilħqu l-għanijiet li rridu naslu għalihom, fejn il-konsum tat-tabakk jonqos drastikament.
L-importanza tal-istil ta’ ħajjali ngħixu qatt ma jista’ jiġi enfasizzat biżżejjed! Il-ħxuna żejda, it-tipjip u n-nuqqas ta’ eżerċizzju huma kollha fatturi li jfissru nuqqas fl-istennija tal-ħajja u nuqqas fil-kwalita’ tal-ħajja li ngħixu. Dan kollu qegħdin nisħquh b’kampanji edukattivi bix-xogħol eċċellenti li qed jagħmel id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard.
Qegħdin insegwu politika litħares mhux biss lejn l-ispiża u lejn l-effiċjenza iżda wkoll lejn il-dinjita’ sħiħa tal-persuna umana u nafu li għad hemm titjib li jrid isir biex nilħqu l-miri tagħna f’dan il-qasam. Madankollu, jekk aħna nixtiequ verament nassiguraw  li l-livell għoli ta’ saħħa jinzamm u anki jitjieb, li wieħed jinvesti biss fis-servizzi tas-saħħa mħux bizzejjed. Irridu wkoll niftakru li dawk kollha li jpejpu għandhom ukoll l-ewwel u qabel kollox ikunu responsabbli u jieħdu ħsieb tagħhom infushom huma, b’mod specjali fejn jidħol il-vizzju tat-tipjip. Aħna konvinti li dak kollu li qed ninvestu fis-settur biex jonqos it-tipjip huwa investiment kbir fis-saħħa tal-poplu tagħna.
Jiena minn qalbi nixtieqnirringrazzja lil kull min ta sehem  u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor, qegħdin jimpenjaw ruħhom kuljum biex ikomplu jtejjbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu Malti kollu. L-għan tagħna hu li l-poplu tagħna jibqa’ b’saħħtu kemm jista’ jkun fit-tul.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow