Left arrow Go Back

Imniedi l-Festival Internazzjonali ta’ Malta tal-Korijiet 2009

pr1806
Date Icon 20/10/2009
Il-Festival Internazzjonali ta’ Maltatal-Korijiet għal din is-sena (The Malta International Choir Competition & Festival 2009) tnieda aktar kmieni llum f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco.
Il-Festival, li se jsir bejn id-29 ta’ Ottubru ul-1 ta’ Novembru, se jkollu 21 kor – erbgħa minnhom Maltin – b’total ta’ kważi 600 korist li se jikkompetu fi tmien kategoriji differenti. Il-korijiet ġejjin mill-Ġermanja, il-Bosnja, Spanja, l-Ungerija, il-Kroazja, il-Latvja, in-Norveġja, l-Iżvezja u s-Slovenja.
Il-Ministru Cristina qalet li kull individwugħandu dritt li jipparteċipa fil-kultura, u għalhekk għandna d-dmir li norganizzaw festivals bħal dawn, li jwasslu l-kultura viċin il-poplu. Matul din l-aħħar sena saru bosta attivitajiet kulturali oħra fosthom il-Festival tal-Arti, il-Festival tal-Għana, u n-Notte Bianca li taw ġieħ lill-kultura u lit-talent kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
Hisostniet li huma proprju dawn l-attivitajiet li qegħdin iqarrbu lill-popli li għandhom kulturi differenti lejn xulxin. Il-Ministru ħassitha ċerta li l-Festival tal-Korijiet se jkun wieħed ta’ suċċess li se jwassal biex il-pubbliku ta’ kull età japprezza aktar il-kultura u jifhem aħjar il-benefiċċji li l-kultura għandha mhux biss lejn is-soċjetà, iżda anke lejn l-individwu.
Il-Ministru Cristina sostniet l-importanza ligħandha l-kultura kemm għall-pajjiż kif ukoll għall-individwi. Hu proprju b’dan il-ħsieb li d-Direttorat tal-Edukazzjoni bħalissa qed jagħmel reviżjoni tal-Kurrikulu biex jingħata aktar spazju għal suġġetti bħalma huma l-mużika, il-kant u suġġetti oħra. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni tant jagħti mportanza lil dawn il-ħiliet li issa se jibdew ikunu nklużi wkoll fiċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola.
Hitemmet tgħid li f’Malta hawn ħafna talent moħbi li jistħoqqlu kull inkoraġġiment u festivals bħal dan tal-Korijiet, għandu joffri spazju lill-korijiet Maltin li jkollhom ċans mhux biss juru l-kwalitajiet tagħhom, imma anke jiltaqgħu u jitħalltu ma’ korijiet barranin.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentarigħat-Turiżmu l-Onor. Mario de Marco qal li l-għażla ta’ postijiet differenti fejn ikantaw il-korijiet li qed jipparteċipaw hija mportanti mill-aspett turistiku għax kemm il-parteċipanti,  kif ukoll dawk il-Maltin u l-barranin li jattendu għalihom, ikunu jistgħu jesperjenzaw it-tliet valuri bażiċi tal-offerta turistika ta’ pajjiżna: il-patrimonju, id-diversità , u l-ospitalità.
Huważied jgħid li l-Festival qed isir f’perjodu meqjus bħala ‘shoulder month’ għat-turiżmu u dan huwa sinjal ċar tal-impenn tal-Gvern u tal-MTA sabiex ikomplu joħolqu aktar attivitajiet matul dan l-istess perjodu, sabiex il-kalendarju tal-attivitajiet ikun wieħed matul is-sena kollha u mhux biss f’ċerti xhur u b’hekk inkomplu nindirizzaw il-kwistjoni tal-istaġjonalità.
Drde Marco sostna li kien għalhekk li flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali, tnediet skema ta’ €250,000 bejn l-MTA u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex il-Kunsilli Lokali jingħataw appoġġ fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet b’element fundamentali ta’ turiżmu f’dawn il-perjodi tas-sena. Għall-iskema kien hemm kważi 70 applikazzjoni minn ftit anqas minn 50 Kunsill Lokali u bħalissa dawn qed ikunu evalwati.
Huwakkwota lill-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO) li tisħaq li l-element ta’ innovazzjoni u awtentiċità ta’ avvenimenti kulturali għandu valur miżjud qawwi għal destinazzjoni turistika. Tisħaq fuq dak li jissejjaħ il-kunċett ta’ ‘creative city’ – fejn il-kultura u t-tradizzjoni jingħaqdu mal-wirt storiku u mal-industrija tal-intratteniment sabiex jattiraw it-turisti.
Huwa temm billi sellem lill-ewwelDirettur Artistiku ta’ dan il-Festival, il-Maestro Prof. Charles Camilleri, li kien il-moħħ wara l-ewwel Edizzjoni tal-Festival fl-1989, u li ħalliena fil-bidu ta’ din is-sena. Kienet il-viżjoni tiegħu 20 sena ilu li ppermettiet li dan l-avveniment ikompli jikber.

Il-Festival qed ikun organizzat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport; is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta u l-Fondazzjoni Interkultur tal-Ġermanja. Il-programm tal-Festival u l-korijiet li se jieħdu sehem, jinsabu mehmuża ma’ din l-istqarrija u jistgħu jinkisbu wkoll minn fuq www.visitmalta.com


3rd Malta International Choir Competition and Festival

Thursday, 29th October
18:30 hrsValletta - City Gate – Participating Choirs will parade along Republic Street.
19:00 hrsPresident’s Palace  Courtyard - Opening ceremony – Participation by Nafra ethnic band and various choirs.

Friday, 30th October
09:00-13:00 hrsFloriana, St. Publius Church – Sacred Music Competition
12:00 hrsValletta, St. John’s Square – Open Air Friendship concert by various choirs
12:30 hrsValletta, Upper Barrakka Gardens - Open Air Friendship concert by various

                        Choirs.

19:30 hrs        Mediterranean Conference Centre, Valletta, – Grand Concert: Excerpts from Mendelssohn’s “Paulus” Oratorio by “Jubal Orchestra” and selected choirs. The programme also features excerpts from Haydn’s oratorio “The Creation” and Handel’s serenata “Acis and Galatea”. The “Hallelujah” chorus from Handel’s “Messiah”, sung by all Festival choirs together, concludes this concert. Admission fee Euro 15.

Saturday, 31st October

09:00-13:00 hrs  Floriana, Catholic Institute – Competition of secular, folk and pop categories.

12:00 hrs           Valletta, St. John’s Square - Open air Friendship concert by various choirs.

20:00 hrs           St. John’s Co-Cathedral, Valletta  – Singing Together for Peace -

An ‘Inter-religious meeting’ with the participation of choirs and representatives of different religious denominations.

Sunday, 1st November

Morning            Participation of choirs during mass in various churches in Malta.

17:30 hrs           Catholic Institute – Closing concert and prize giving ceremony.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow