Left arrow Go Back

IL-QAGĦDA FINANZJARJA TAL-ISTATI MEMBRI U L-BIDLA TAL-KLIMA FL-AĠENDA TAL-ECOFIN FIL-LUSSEMBURGU

pr1802
Date Icon 19/10/2009
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment, l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal-Lussemburgu, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN).
L-Onor. Tonio Fenech huwa akkumpanjat mill-Kaptar-Rappreżentanza ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Fi kliem il-Presidenza Svediża, “il-kriżiekonomika u l-miżuri estensivi tal-politika finanzjarja poġġew pressjoni qawwija fuq il-finanzi pubbliċi”. Għalhekk, waqt il-laqgħa tal-ECOFIN, il-membri tal-Kunsill se jiddiskutu fuq kif il-finanzi pubbliċi jistgħu jerġgħu jitpoġġew fuq bażi sostenibbli fuq medda itwal ta’ żmien. Il-Presidenza Svediża kienet poġġiet il-proposta ta’ exit strategies, jiġifieri t-tnaqqis gradwali fl-interventi mogħtija mill-Istati Membri fil-qafas tal-kriżi ekonomika u internazzjonali, waqt l-aħħar ECOFIN informali li sar f’Goteborg, fl-Isvezja.
Fost il-punti l-oħra fuq l-aġendatal-Ministri tal-Finanzi Ewropej hemm it-tkomplija tad-diskussjonijiet dwar l-investimenti finanzjarji meħtieġa fil-ġlieda kontra l-bidla tal-klima.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow