Left arrow Go Back

TIBDA L-INIZJATTIVA ‘LOKALITAJIET INDAF’

pr1799
Date Icon 19/10/2009
Nhar is-Sibt 17 ta' Ottubru 2009, fix-Xagħra,Għawdex, tkompliet il-kampanja edukattiva favur lokalitajiet indaf fil-preżenza ta’ l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Din il-kampanja li fiha qed jipparteċipaw 58 Kunsill Lokali, qed titmexxa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni bl-assistenza tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Permezz ta’ din l-inizjattiva, li ser tkomplitqajjem kuxjenza favur il-ħarsien tal-ambjent, dawk il-Kunsilli Lokali ppremjati għall-indafa tagħhom, ser jirċievu €60,000.
Għall-attività fix-Xagħra, Għawdex, kienupreżenti tfal li jattendu fin-nursery tax-Xaghra United Football Club u x-Xaghra Scouts Group. L-Onor. Chris Said ippreżenta numru ta' fuljetti edukattivi ‘Nipproteġu l-Ambjent ta' Madwarna’ lill-istudenti tal-klabb tal-futbol u lill-iscouts sabiex dawn iqassmuhom fir-residenzi kollha tax-Xagħra, bil-għan li jxerrdu aktar tagħlim edukattiv dwar il-ħtieġa li r-residenti jipproteġu l-ambjent ta' madwarhom. Ir-residenti qed jiġu mħeġġa wkoll jisseparaw l-iskart u jagħtu iktar attenzjoni biex jipproteġu l-ambjent.
Is-Segretarju Parlamentari enfasizza li l-KunsilliLokali għandhom jaraw li jħaddmu sistema effettiva ta’ separazzjoni ta’ skart fil-lokalitajiet tagħhom. Il-Gvern qiegħed jinċentiva lill-Kunsilli Lokali biex jarmu inqas skart fil-miżbla tal-Għallis u b’hekk jibqgħalhom iktar fondi minn dawk li jkun għaddielhom il-Gvern għar-rimi tal-iskart biex jintużaw fi proġetti ta’ tisbiħ fil-lokalità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow