Stqarrija tal-ministeru tal infrastruttura, trasport u kommunikazzjoni
pr1795
18/10/2009
| Fil-leġiżlatura li għaddiet il-Gvern kien għamel | stedina uffiċjali lill-Oppożizzjoni Laburista biex tinnomina espert tal-fiduċja tagħha biex ikun fil-Fuel Procurement Advisory Committee, iżda l-Oppożiżżjoni dejjem irrifjutat. Joe Muscat stess personalment irrifjuta stedina personali li saritlu mill-Ministru Gatt biex l-Enemalta tgħamillu preżentazzjoni dettaljata u tweġiblu l-mistoqsijiet tiegħu kollha dwar ix-xiri taż-żejt. |
| Il-Kap | ta’ l-Oppożizzjoni Joseph Muscat imissu jaf b’dan u ma jistax jakkuża l-Gvern li ħbielu x’jiġri fix-xiri taż-żejt meta l-Oppożizzjoni kienet abdikat minn din il-parteċipazzjoni. |
| Barra | minn hekk qatt ma kien hemm mistoqsijiet li saru lill-Ministeru jew lill-Enemalta dwar dan is-suġġett li baqgħu mhux imwieġba. |
L-estenzjoni tal-Powerstation f’Delimara
| Il-Gvern | m’għandu xejn x’jaħbi dwar l-estensjoni tal-Powerstation ta’ Delimara. Fil-fatt kien il-Ministru Austin Gatt stess li bagħat ittra lill-Awditur Ġenerali, fit-23 ta’ Settembru li għadda biex jitlob laqgħa dwar is-suġġett. Il-laqgħa saret fl-1 t’Ottubru. |
| L-istess | kien ġara meta din il-kwistjoni kienet ittellgħet għall-iskrutinju quddiem il-Kumitat tal-Kamra dwar il-Kontijiet Pubbliċi immexxi mid-Deputat Laburista Charles Mangion. Dakinhar l-Oppożizzjoni Laburista bħal dejjem serviet biss ta’ messaġġier ta’ min ma rebaħx it-tender u ma resqet l-ebda provi konkreti u ma poġġiet ebda domanda li ma kellhiex tweġiba għal kollox sodisfaċenti. |
| Meta | kien f’Raħal Ġdid il-Mexxej Laburista Joseph Muscat, reġa’ ħa żball fiċ-ċifri, għax l-impjant se jiġi jiswa €165 miljun u mhux €200 miljun kif isemmi hu. |
| Joseph | Muscat għażel li jkompli jbeżża’ lill-poplu bil-ħrafa tat-trab u mkien ma qal li din l-estensjoni tal-Powerstation ta’ Delimara se tieħu post dik tal-Marsa li hi antika u ma tissodisfax l-istandards ambjentali. |
Rapport dwar il-Fairmount
| Il-Mexxej | Laburista għadu ma jistax jaċċetta r-riżultat ta’ l-inkjesta indipendenti li saret dwar dawn iż-żewġ kuntratti – inkjesta li saret mill-kumpanija internazzjonali ta’ l-awdituri PricewaterhouseCoopers. |
| Joseph Muscat u anke l-GWU, | li għal darb’oħra, qed jirrepetu l-istess storja ma jridux jaċċettaw dak li ma jaqbilx għal widnejhom, jiġifieri li l-marda ewlenija tat-tarzna ma waslitx ma’ dawn iż-żewġ kuntratti imma ma’ snin twal ta’ militanza u l-attiviżmu politiku fit-Tarzna li swew miljuni t'ewro f'taxxi moħlija f'sussidji biex ipattu għat-telf. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en