IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-COMMONWEALTH FI ŻJARA UFFIĊJALI F’GĦAWDEX
pr1787
16/10/2009
| Fit-tieni jum taż-żjara uffiċjali tiegħu | f’Malta, is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma, żar ukoll il-gżira ta’ Għawdex. Il-programm taż-żjara tas-Segretarju Ġenerali flimkien mas-sinjura Sharma f’Għawdex beda bi żjara ta’ kortesija lill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono fil-Ministeru għal Għawdex. |
| Il-Ministru għal Għawdex tat merħba | lis-Segretarju Ġenerali Sharma u s-sinjura tiegħu f’Għawdex. F’laqgħa qasira il-Ministru Giovanna Debono tat informazzjoni dwar ir-rwol tal-Ministeru għal Għawdex relatat ma’ setturi soċjo-ekonomiċi differenti fil-gżira. Fosthom semmiet is-sitwazzjoni attwali fl-oqsma tal-edukazzjoni u s-saħħa u tat tagħrif ukoll dwar proġetti li twettqu fosthom dawk ko-finanzjati minn programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministru semmiet ukoll proġetti oħra li hu maħsub li jitwettqu fix-xhur li ġejjin li jinkludu l-viżjoni eko-Għawdex. Irreferiet b’mod partikolari għal dik li ġiet imsejħa ‘Id-Dikjarazzjoni ta’ Għawdex’ meta fl-2005 saret il-laqgħa tac-CHOGM f’Malta. Din id-dikjarazzjoni rreferiet għal gżejjer żgħar li huma wkoll stati. |
| Il-Ministru għal Għawdex flimkien ma’ uffiċjali | oħra akkumpanjaw lil mistednin distinti fi żjara fiċ-Ċittadella. F’dawra madwar is-swar taċ-Ċittadella setgħu jgawdu veduti suġġestivi tal-gżira filwaqt li setgħu japprezzaw ukoll il-wirt storiku marbut ma’ dan is-sit li għandu relevanza qawwija fil-patrimonju storiku ta’ Għawdex. |
| Iż-żjara uffiċjali tal-Eċċellenza Tiegħu | Kamalesh Sharma f’Għawdex ġiet konkluża bi żjara fis-sit preistoriku tat-Tempji tal-Ġgantija, li jmorru lura sa aktar minn tlett elef sena qabel Kristu. Is-Segretarju Ġenerali u s-sinjura tiegħu ttieħdu madwar is-sit fejn ingħataw informazzjoni relatata ma’ dan is-sit uniku li huwa ddikjarat bħala Patrimonju Kulturali Dinji mill-UNESCO. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en