SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM OPERATTIV I, FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
pr1786
16/10/2009
| B’total indikattiv | tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ €24 miljun |
| Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni | tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nediet sejħa ġdida għal proposti ta’ proġetti biex ikunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. |
| Applikanti eliġibbli huma mistiedna li | jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għal proġetti relatati mas-settur tal-Enerġija, li jaqa’ taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 ‘Mitigazzjoni u Adattament għal Tibdil fil-Klima’ tal-Programm Operattiv I. Huwa importanti li wiehed jinnota li din is-sejħa hi ristretta għal azzjonijiet li jtejbu l-kwalita’ tal-arja permezz ta’ interventi biex jonqos l-inkwinament tal-ambjent ikkawżat minn impjanti li jiġġeneraw l-elettriku. |
| It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja | huwa ta’ €24 miljun ta’ spiża totali eleġibbli u li f’kwalinkwe każ ma jaqbiżx il-€25 miljun fi spiża TOTALI (jiġifieri eliġibbli u mhux eliġibbli). |
| Nota: | Din is-sejħa mhux miftuħa għall-proposti li jindirizzaw l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija (sejħa li tindirizza l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija ser toħroġ aktar ‘il quddiem). Is-sejħa qed tkun ristretta sabiex tilħaq dawk l-oġġettivi u l-miri taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 li s’issa kienu għadhom ma ġewx indirizzati. |
| Is-sejħa tagħlaq f’nofsinhar (12:00) | ta’ nhar it-Tnejn, 23 ta’ Novemrbu 2009. |
Il-Programm Operattiv I, il-Formola tal-Applikazzjoni, in-Noti Gwida kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt/calls_all.
Mistoqsijiet ġenerali relatati ma’ din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en