GREEN DOT U L-KUNSILL LOKALI JNIEDU PROĠETT TAL-IMMANIĠĠAR TAL-ISKART FIL-GUDJA
pr1784
16/10/2009
| Bl-introduzzjoni ta’ ħlasijiet għolja għar-rimi | ta’ skart, numru ta’ Kunsilli Lokali qed jagħtu bidu għal inizjattivi ta’ separazzjoni tal-iskart li qegħdin ikunu pprovduti minn GreenPak, l-iskema awtorizzata mill-MEPA imħaddma minn Green Dot Malta Ltd. Il-Kunsill Lokali tal-Gudja għadu kemm ssieħeb ma’ GreenPak biex joffri infrastruttura ta’ separazzjoni tal-iskart fi ħdan il-lokalità u diġà nġabar il-materjal biex mil-lum jintbagħat għar-riċiklaġġ. |
| Settijiet | ta’ reċipjenti għall-plastik, metall, ħġieġ u karti li jinsabu fl-inħawi ċentrali fosthom fil-pjazza ewlenija tal-Gudja, ħdejn l-iskola, u fil-qasam tad-djar kienu inawgurati llum wara nofsinhar. Dawn tpoġġew fi Triq Ġużeppi Gravina, (Il-Qasam tad-Djar Tal-Mitħna), Triq Bir Miftuħ, Triq it-Torri u Triq iż-Żebbuġa. |
| Is-Sindku | tal-Gudja, John Mary Calleja, qal: “Permezz ta’ dawn ir-reċipjenti tar-riċiklagg irridu nagħmluha faċli ħafna għar-residenti tal-Gudja biex jisseparaw l-iskart. Apparti milli npoġġu fil-prattika kuxjenza ambjentali u ntejbu l-ambjent ġenerali lokali, din is-sistema se tnaqqas l-ispejjeż tal-Kunsill Lokali tagħna għax issa inqas skart se jintbagħat fil-miżbliet u għalhekk se jonqsu l-ispejjeż. Il-flus li se niffrankaw se jiġu diretti lejn proġetti ta’ siwi għar-residenti tal-Gudja.” Il-Viċi Sindklu Romeo Baldacchino, li hu responsabbli mill-ambjent, qiegħed jikkoordina dan il-proġett. |
| Il-Kap | Eżekuttiv ta’ Green Dot, l-Inġinier Mario Schembri, qal: “GreenPak tgħin lill-Kunsilli Lokali biex iwettqu ħidma ambjentali aħjar billi tagħmel disponibbli reċipjenti tar-riċiklaġġ facilment aċċessibbli fil-lokalitajiet tagħhom”. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, qal “l-indafa fil-lokalitajiet hi fuq quddiem nett fil-lista ta’ lmenti mir-residenti u għaldaqstant qed tkun indirizzata mill-Kunsilli Lokali”. Tkellem ukoll dwar l-importanza li l-Kunsilli Lokali joffru l-aqwa servizz fil-ġbir tal-iskart għalhekk għadu kemm ħareġ kuntratt ġdid b’kundizzjonijiet li jwasslu għal dan. Il-Gvern qed jikkollabora mal-Kunsilli Lokali biex dawn jaħdmu dwar separazzjoni u riċiklaġġ tal-iskart. Abbinata ma’ din hemm ukoll inizjattiva biex trebbaħ €60,000 fi premijiet għall-iktar kunsilli lokali li jsebbħu l-ambjent tal-lokalita’. |
| “Ħidma | flimkien fuq livell ta’ lokalità biex jinġabar l-iskart tista’ tkun strumentali fil-mixja tagħna lejn oġġettivi iktar mifruxa tal-immaniġġar sostenibbli tal-iskart billi jiddisponu l-iskart b’sistemi ambjentali aċċettabbli. Il-pass li jmiss, fuq perjodu qasir, hu li neħtieġu naħdmu fuq sistemi kif innaqqsu l-livelli tal-iskart li jinħolqu fis-supply chain ħalli b’hekk inkunu nistgħu nimmaniġġaw l-iskart prodott b’mod iktar sostenibbli,” qal il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Dr Stefan Buontempo. |
| It-tfal | tal-iskola primarja tal-Gudja Kulleġġ San Benedittu u l-mascot ta’ GreenPak, GreenGary, ukoll ħadu sehem f’din l-inizjattiva. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en