Left arrow Go Back

IR-RIFORMA TAT-TRASPORT PUBBLIKU – NOLIJIET: TRASPORT AĦJAR .... BIL-PREZZIJIET TAL-LUM

pr1782
Date Icon 16/10/2009

Il-Ministru Austin Gatt jindirizza konferenza stampa dwar ir-Riforma tat-Trasport Pubbliku: Nolijiet

Prinċipji:

• It-trasport pubbliku jrid ikun attraentibiż-żejjed biex jiġbed lil min imdorri bil-karozza biex talanqas f’xi vjaġġi li jagħmel iħalli l-karozza u juża l-karozza tal-linja.
• Iżda anke jekk jitjieb is-servizz ul-kwalità, il-prezz irid bil-fors jibqa’ jifilħu kulħadd għax it-trasport pubbliku hu wkoll servizz soċjali li fuqu jiddependu ħafna nies.
• Ridna nassiguraw li min juża t-trasportpubbliku regolarment illum; pensjonanti u studenti u ħaddiema; ikunu effetwati tajjeb bit-titjib li se nagħmlu iżda m’hux effetwati bil-prezzijiet.
• It-trasport pubbliku jrid ikun muturt’ekonomija aħjar (anqas sussidji, aktar effiċjenza fuq it-triq, anqas konġestjoni) ... iżda ħadd m’għandu jitħalla jibqa’ lura.
• Nifhmu li bil-livelli ta’ patrunaġġli għandna llum, l-aspettattivi tagħna tal-kwalità jħallu telf mill-operat. Lesti biex ninvestu (f’sussidju) għal xi żmien basta naraw viżibilità f’dak li se jkollna nonfqu.
• Trid tieqaf is-sistema li aktar ma jintilfupassiġġieri aktar inħallsu sussidju.
• Il-patrunaġġ għandu jiżdied u jekkjiżdied ma jibqax l-iskop għal aktar sussidju.
In-nolijiet li ser iħallas min juża t-trasportpubbliku ser jibqgħu ffissati mill-Gvern. Għalhekk l-operatur ser ikun obbligat li jagħmel is-servizz bil-klijent iħallas il-prezzijiet li jiffissa l-Gvern. Dan huwa prinċipju importanti. Jidhrilna li peress li ser ikun operatur wieħed u biex inkunu żguri li s-servizz tat-trasport pubbliku jibqa’ aċċessibli għal kulħadd, għandu jkun il-Gvern li jiddetermina n-nolijiet li għandhom jitħallsu.
Naturalment irid jiġi assigurat illi n-nolijietiffissati jkunu realistiċi u li verament jirriflettu l-ispejjes involuti anke jekk l-assunzjoni trid tkun li l-patrunaġġ tas-servizz tat-trasport pubbliku jikber u jikber imqar kif kien f’Malta stess ftit tas-snin ilu.
Il-Kuntratt li ser ikollna mal-operaturjiffissa n-nolijiet u jagħti lok lill-operatur li, wara mill-anqas tliet snin, jitlob lill-Awtorità biex tirrevedi n-nolijiet abbażi tal-inflazzjoni u spejjeż assoċjati mal-fuel. Irrid ngħid li dawn huma nolijiet massimi. L-operatur jista’ jraħħas minn dawn in-nolijiet jekk irid. Li ser ikunu ffissati mill-ewwel huma l-prezzijiet imraħħsa lill-anzjani u studenti kif ukoll lil dawk kollha li jixtru pakketti ta’ biljetti għal xahar jew għal tliet xhur. Minn barra dawn, l-operatur ser ikun inkoraġġit jagħmel pakketti u skemi oħrajn kemm irid basta mhux ogħla minn dawk fissati fil-liġi.
L-attitudni tal-Gvern lejn in-nolijiet hijamotivata mill-bżonn li jkollna sistema li
a) tkun aċċessibli finanzjarjament għalkulħadd, biex aktar u aktar nies jitħajru juzawha, b) tkun sostenibbli c) tkun tal-anqas piż fuq il-fondi pubbliċi fir-rigward ta’ sussidji. In-nolijiet ifissati u l-mod kif ser jiġi aġġudikat u mħaddem it-tender iżomm dawn il-prinċipji quddiemu.
Matul dawn l-aħħar 10 snin pajjiżna ħallasmadwar € 45 miljun f’sussidji diretti lis-sistema tat-trasport pubbliku. Kif nafu, is-sistema sa issa hija waħda ta’ ‘dħul garantit’ fejn is-sidien tal-karozzi tal-linja jirċievu sussidju mill-Gvern, liema sussidju ma’ kellu l-ebda relazzjoni ma’ kemm jiżdied jew jonqos il-patrunaġġ, u l-ebda inċentiv biex is-servizz jitjieb. Il-kuntratt il-ġdid, li ser jingħata wara t-tender, ser jibdel radikalment dan il-mudell; l-operatur ser jintalab jgħid kemm irid sussidju biex jaħdem ir-rotot kollha u s-servizz rikjest b’impenn (li allura jkun irid iżomm miegħu għax ikun kuntrattat) li s-sussidju jonqos fuq medda ta’ żmien biex jispiċċa darb’għal dejjem. Naturalment dak il-bidder li fl-offerta tiegħu jintrabat li jitlob l-anqas sussidju u jneħħi totalment is-sussidju fl-anqas żmien possibli, jieħu aktar marki. Irrid ngiħd illi dan l-aspett ser ikun mogħti importanza kbira bħala ‘weighting’ fl-aġġudikar tat-tender. Xi jfisser dan, illi s-sussidju lis-sistema tat-trasport pubbliku, li fl-2008 kien aktar, b’madwar EUR7 miljun, eventwalment jispiċċa.
Fl-istess tender, il-Gvern qed jistenna mhuxbiss li s-sussidju jispiċċa, imma li l-operatur jikkomenti li jħallas lura lill-Gvern parti mill-profitt, meta dan jagħmel il-profitt għax ikun żdied biżżejjed il-partunaġġ tas-servizz. Dawn il-fondi, il-Gvern ikun jista’ jużahom biex ikompli jtejjeb is-servizz, speċjalment dak infrastrutturali. Għall-ewwel darba, mhux biss ser ikollna kuntratt li jgħabbi lill-operatur b’obbligi ta’ servizz u tnaqqis fis-sussidju, pero’ kuntratt fejn l-oġġettiv tal-Gvern li jnaqqas il-konġestjoni billi n-nies jibdew jużaw is-servizz, u l-oġġettiv tal-operatur li jżid il-partunaġġ tiegħu huma mżewwġa f’arranġament li jagħmel sens kummerċjali u anke soċjali.
Is-sistema mhux biss trid tgħabbi mill-anqaslill-fondi pubbliċi, imma trid tgħabbi mill-anqas ukoll lill-utent tas-servizz. Hemm bilanċ bejn is-sussidji u n-nolijiet li jħallas minn juża s-servizz. Naħseb li b’dak li ser jiġi spjegat qed nilħqu dan il-bilanċ b’mod responsabbli:
Fuq minn juża s-servizz ta’ spiss, fuq l-anzjaniu studenti, il-prezzijiet jew ser jibqgħu l-istess, jew ser jaraw żieda insinifikanti jew roħs żgħir.
Konvinti li ser ikollna servizz li jkunradikalment differenti minn dak li għandna llum, u naħseb li l-prezzijiet huma raġonevoli kemm jekk wieħed iqabbilhom ma’ dak li jħallas illum għat-trasport pubbliku, kif ukoll meta wieħed iqis l-ispiża li llum ma nagħtux kasha (għax lanqas biss nikkonsidraw l-alternattiva tat-trasport pubbliku) tal-karozza privata li nsuqu llum. Minn kalkoli li għamlet il-MIMCOL din il-ġimgħa joħroġ ċar li karozza privata (żgħira, ta’ 1300 CC u li tiswa anqas minn € 13,000) tiswa kuljum aktar minn € 8.60 meta nassumu li wieħed jivjaġġa biha minn Birkirkara għall-Belt.
L-impatt li dawn in-nolijiet ser ikollhom fuqutent li jixtri pakkett ta’ xahar jew ta’ tliet xhur (għax juża s-servizz biex imur ix-xogħol pereżempju) ser ikun ta’ żieda ta’ 4 Euro Cents kuljum fil-pakkett ta’ xahar u jiffranka xi 60 Euro cents fix-xahar jekk jieħu pakkett ta’ tliet xhur. L-istess l-impatt fuq il-pensjonanti: qed naraw żieda ta’ 7 Euro cents kuljum pero’ frankar ta’ 2 Euro cents kuljum jekk il-biljett jinxtara qabel it-8 ta’ filgħodu. Fil-każ tal-istudenti mhux ser ikun hemm impatt u l-uniku impatt huwa fuq minn juża s-servizz mhux b’mod frekwenti. F’dan il-każ, l-utent jara żieda ta’ 34 Euro cents. Anke f’dan il-każ l-utent jaqbillu jieħu biljett ta’ ġurnata (€ 2.10) u jekk juza aktar minn darbtejn, ikun fdieh u ġie jaqbillu. Fil-każ pereżempju ta’ ħaddiema Għawdxin li jaqbdu l-vapur kuljum u jridu jitilgħu mix-xatt għar-Rabat, anke dawn jaraw tnaqqis fl-ispiża meta jieħdu biljett ta’ xahar jew ta’ tliet xhur.
Jidhirli li l-miżuri li qed inħabbru, u lihuma parti importanti mit-tender li ser jinħareġ lil dawk li kkwalifikaw fl-aħħar tal-ġimgħa, jassiguraw valur għal flus l-utent, sistema sostenibbli fit-tul u fl-istess ħin mhux dipendenti mis-sussidji, li allura nistgħu ninvestuhom f’inizjattivi oħrajn.
Naħseb li b’dawn in-nolijiet, u b’kuntratt lijobbliga lill-operatur ikabbar il-patrunaġġ tiegħu, inkunu verament qed nindirrizzaw problema li ilha magħna ħafna snin, problema ta’ kuntratt li kien jinjora l-klijent u jissusidja l-operat anke meta s-servizz ma kienx tajjeb. B’dan li ħabbarna, irridu naraw il-pubbliku Malti u Għawdxi jikkonvinċi ruħu li s-servizz tat-trasport pubbliku mhux biss huwa effiċjenti imma finanzjarjament aċċessibbli għal kulħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow