Left arrow Go Back

PROĠETT EWROPEW GĦAT-TWAQQIF TA’ INKUBATUR GĦAL INTRAPRIŻI KULTURALI

pr1781
Date Icon 16/10/2009
Parteċipanti minn 4 pajjiżi Ewropej bħalissajinsabu Malta biex jipparteċipaw fi proġett kulturali tal-Unjoni Ewropea li qed joffri opportunitajiet ġodda ta’ għajnuna lill-operaturi kulturali f’Malta. Il-proġett “Incubators for Cultural Enterprises (ICE)” hu bi sħab bejn il-Portugall, Spanja, l-Italja u l-Greċja, flimkien ma’ Malta. Dawn il-pajjżi għandhom il-problemi simili ta’ nuqqas ta’ valorizzazzjoni ekonomika tar-riżorsi kulturali, ta’ kompetenzi fl-immaniġġjar u strateġiji fil-qasam kulturali.
Chris Said, Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, stqarr li ċerti karatterstiċi simili fit-territorji involuti qed jippermettu koperazzjoni transnazzjonali u ħidma parallela b’sinerġija bejniethom, sabiex jinħoloq mudell li jkun jista’ jiġi kkupjat f’territorji Ewropej oħra. Stqarr ukoll li l-proġett hu sinjifikanti għax ħa jkun qed isaħħaħ l-identità tal-lokalitajiet permezz tal-prodott artistiku u kulturali. “Il-proġett irid iservi ta’ strument li jagħti valur għar-rapport bejn il-kultura, l-intrapriża u t-territorju, sabiex ikabbar l-għarfien u l-ġid.”
Il-proġett jinkoraġġixxi kollaborazzjoni fit-tulbejn intrapriżi li joperaw fil-qasam tal-arti fir-reġjuni konċernati, biex inaqqas id-distakk teknoloġiku f’dawn iż-żoni. B’mod partikolari, il-proġett jikkonsisti fil-ħolqien ta’ inkubaturi speċifiċi għal intrapriżi kulturali. Id-definizzjoni ta’ “prodott kulturali” ukoll se tiġi ttrattata permezz ta’ dan il-proġett.
F’Malta, il-Fondazzjoni Temi Zammit qedtaħdem mal-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta u Bormla, fejn se tinħoloq l-infrastruttura għall-assistenza ta’ l-intrapriżi kulturali li jiġu identifikati. Ta’ min igħid li l-istatistika miġbura mill-Eurostat f’dawn l-aħħar snin turi li l-kultura f’Malta tagħti l-inqas kontribut għall-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż, minn fost il-membri kollha tal-UE.
Il-proġett għandu l-għan li jsaħħaħ l-intrapriżiż-żgħar li jaħdmu fil-qasam artistiku u kulturali, billi jtejjeb il-kompetittività tagħhom biex joħolqu iktar ġid soċjali u ekonomiku fit-territorji magħżula. Il-proġett irid jiżviluppa attivitajiet ta’ importanza tradizzjonali fl-Ewropa, li mhumiex normalment meqjusa bħala ‘ġeneraturi tal-iżvilupp’. ICE jara għalhekk l-arti u l-kultura f’termini ta’ katalizzaturi ta’ tkabbir ekonomiku – setturi li joħolqu qligħ u impiegi ekoloġikament sostenibbli.
Dan il-proġett hu approvat taħt il-programmMED, li 85% tiegħu hu finanzjati mill-ERDF, li jagħmel parti mill-programm ta’ fondi strutturali għal Malta għas-snin 2007-2013.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow