AKTAR SKEJJEL TAL-ISTAT JINFETĦU GĦALL-UŻU TAL-KOMUNITÀ BI SĦAB MAL-KUNSILL LOKALI U L-GĦAQDIET SPORTIVI
pr1776
15/10/2009
| “Il-Gvern hu kommess li jiftaħ aktar skejjel | tal-istat għall-komunità wara l-ħin tal-iskola. Issa bis-saħħa tal-emendi fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali, il-kunsilli lokali se jkunu jistgħu jinvestu fil-faċilitajiet sportivi tal-iskejjel tal-istat biex fil-għodu jintużaw mill-istudenti u wara l-ħin tal-iskola jintużaw mill-komunità. Dan qed iseħħ wara li fi Frar li għadda programmi simili bdew isiru bejn l-Gvern u l-għaqdiet sportivi.” |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jipresiedi ċerimonja ta’ ffirmar ta’ kuntratti li fihom il-Kunsill Malti għall-Isport daħal fi ftehim mal-Kunsill Lokali Birgu u ma’ seba’ għaqdiet sportivi oħra biex jinvestu fil-faċilitajiet tal-iskejjel filwaqt li jagħmlu użu minnhom wara l-ħin tal-iskola. |
| Is-Segretarju Parlamentari semma kif lura fi | Frar li għadda, disa’ għaqdiet sportivi gawdew minn kuntratti simili fejn ingħataw aċċess għall-faċilitajiet tal-iskejjel. Issa kien imiss tmien għaqdiet oħra li gawdew minn din l-għajnuna: Kunsill Lokali Birgu, Malta Chess Federation, Mġarr Utd Football Club, Mtarfa Football Club, Msida St. Joseph, Naxxar Lions u Żejtun Corinthians. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li numru ta’ | għaqdiet qed jagħmlu użu bi prezz ferm sussidjat filwaqt li għaqdiet sportivi oħra qed jagħżlu li jinvestu fl-iskejjel. Hu semma kif mill-aħħar ftehim iffirmat, sar investiment ta’ madwar €450,000 f’żewġ skejjel differenti minn 3 għaqdiet sportivi. |
| Il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien mal-Kunsill | Malti għall-Isport se jkun mhux biss żied il-faċilitajiet sportivi fl-iskola u fil-lokal iżda wkoll se jibda jorganizza “Afterschool Sports Programme” għat-tfal tal-istess lokalità. |
| Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ | lill-kunsilli lokali jitħajru minn din l-inizjattiva u jinvestu fl-attività sportiva fil-lokalità tagħhom. |
| Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm is-Sindku | John Boxall, iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport Bernard Vassallo, il-Kap Eżekuttiv tal-KMS Joe Cassar u l-presidenti u s-segretarji tal-għaqdiet sportivi li ffirmaw il-kuntratti. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en