IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI L-ONOR DR JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-KOMPETITTIVITA’
pr1773
15/10/2009
| Illum is-Segretarju Parlamentari | fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor Jason Azzopardi, jinsab f’Umeå fl-Isvezja jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittivita’. |
| F’din il-laqgħa qed jiġu diskussi metodi kif | l-Ewropa tista’ ddawwar f’opportunitajiet il-kriżi ekonomika u l-kriżi tal-klima, biex tiżdied il-kompetittivita’ permezz ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija dejjem iktar ekoloġikament effiċjenti. |
| Waqt din il-laqgħa qed jiġu diskussi ukoll | modi kif tista’ tissaħħaħ il-kooperazzjoni fir-Riċerka u l-Iżvilupp biex l-Ewropa tkun dejjem iktar ippreparata għall-isfidi tal-futur. |
| Jakkumpanjaw lil Jason Azzopardi hemm Lino | Mintoff Kap tas-Segretarjat għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, kif ukoll Anton Spiteri, direttur għall-Affarijiet Ewropej. |
Other Press Releases:
PR261990
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...
PR261989en