Left arrow Go Back

Stqarrija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

pr1768
Date Icon 14/10/2009
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferigħall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli rigward applikazzjoni ta’ żvilupp mal-Awtorità Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar li tikkonċerna fabbrika tan-nar abbandunata fil-limiti tal-istess lokalità.
Il-Ministeru jippreċiża li l-imsemmijaapplikazzjoni mal-MEPA intefgħet peress li l-ex fabbrika Pulvich Explosives Industries Ltd mhix qegħda tintuża. Għalhekk beda proċess sabiex jara jekk din tistax tinġieb għas-servizz għaqli għas-settur pirotekniku sabiex jiġi żgurat li jiżdiedu l-garanziji li dan is-settur jirrikjedi. Il-bini bħal issa jinsab mitluq u m’għandu ebda użu possibbli ieħor.
L-applikazzjoni lill-MEPA għar-rigward saretsabiex tiġi esplorata l-vijabilità ta’ dan il-prospett.
Il-proċess għadu kif inbeda u wieħed iridl-ewwel jara x’tip ta’użu ser jiġi permess mill-istess awtorità. Għalhekk wieħed m’għandux jasal għal konklużjonijiet mgħaġġlin f’dan l-istadju.
Il-Gvern ifittex dejjem li jkollu kunsensġenerali fuq applikazzjonijiet bħal dawn. Fil-fatt, il-Ministeru diġà ltaqa mas-sindku tal-lokal biex jiddiskuti is-suġġett u ser jibqa’ miftuħ għall-konsultazzjoni fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow