Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JIBDA Ż-ŻJARAT FIL-LOKALITAJIET – JILTAQA’ MAL-GĦAQDIET FL-IMQABBA

pr1766
Date Icon 14/10/2009
“Fl-Imqabba jinħass il-valur kbirtal-volontarjat” - Dan qalu l-President George Abela fl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fil-lokalitajiet, wara stedina li kienet saritlu mill-Kunsill Lokali Mqabba.
Nhar it-Tlieta filgħaxija, il-President Abelali kien akkumpanjat mis-Sindku Noel Galea ltaqa’ mal-għaqdiet kollha tal-Imqabba, kemm dawk soċjali kif ukoll reliġjużi, politiċi, edukattivi u sportivi. Waqt din il-laqgħa, il-President Abela sema’ l-ħidma tal-għaqdiet matul is-sena kif ukoll id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.
Fi tmiem il-laqgħa l-President qal li kullmin kien preżenti huwa mexxej fil-qasam tiegħu u għalhekk kull persuna għandha responsabilitajiet mhux ftit, fl-għaqda lokali li tirrapreżenta, kull wieħed skond il-kariga li jħaddan. Il-mexxejja ta’ dawn l-għaqdiet għandu jkollhom il-karatteristiċi li jġibu l-għaqda, is-sens ċiviku u fuq kollox jaħdmu fid-diversita’ għall-interessi tal-lokalita`.
Il-President Abela rringrazzjalir-rappreżentanti tal-Għaqdiet tal-attendenza u tal-ġid li qed jagħmlu fil-lokal. Huwa faħħar is-sinerġija li teżisti bejn l-għaqdiet stess li permezz tagħha u x-xogħol tal-awtorita’ tal-Kunsill Lokali, qed tgħaqqad flimkien il-ħidma ta’ kulħadd għall-ġid tal-Imqabba.
Filwaqt li din l-okkażjoni fetħet il-programmgħal Ġieħ l-Imqabba 2009, il-President Abela flimkien mas-Sinjura tiegħu mistenni jtemm iż-żjara uffiċjali fl-Imqabba nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru, 2009, fejn ser jiltaqa’ mar-residenti tal-Imqabba fi programm imħejji apposta.
Il-President George Abela mistenni jżurdiversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex fuq stedina tal-Kunsilli Lokali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow