Left arrow Go Back

IŻJED AĊĊESSIBILITÀ FIL-KUNSILLI LOKALI

pr1765
Date Icon 14/10/2009
Il-persentaġġ ta’ Kunsilli Lokali li se jkunufiżikament aċċessibbli għal kulħadd se jitla’ minn 46% għal 75%.
Il-Kunsilli Lokali se jibdew jiftħu kull nharta’ Sibt ukoll min-nhar is-Sibt li ġej.
Fond ta’ €200,000 qed jassisti lill-KunsilliLokali biex l-uffiċċji tagħhom u postijiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom isiru fiżikament aċċessibbli għal kulħadd. Il-benefiċjarji ta’ din l-iskema, li jammontaw għal 20, illum ingħataw il-fondi f’attività organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said stqarrli minn total ta’ 68 Kunsill Lokali, 31 minnhom biss kienu diġà aċċessibbli għal kulħadd u għalhekk il-gvern ħass il-bżonn li tiġi mnedija skema biex tassisti lill-Kunsilli Lokali jirregolarizzaw l-aċċessibilità fl-uffiċini amministrattivi tagħhom. Din l-iskema ġiet estiża biex tassisti wkoll Kunsilli Lokali biex itejbu l-postijiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilita` tagħhom. Infatti mal-20 Kunsill Lokali li qed jibbenefika minn dawn il-fondi, ħamsa oħra talbu l-għajnuna għal proġetti ta’ aċċessibilità f’postijiet pubbliċi. Dawn jinkludu librerija pubblika f’Raħal Ġdid, grawnd tal-futbol f’Ħal Għaxaq, u bajja f’San Ġiljan.
B’hekk issa l-persentaġġ ta’ Kunsilli Lokalili se jkunu aċċessibbli se jitla’ minn 46% (31 Kunsill Lokali) għal 75%. Jifdal 25% jew 17-il Kunsill Lokali li se jingħataw l-opportunità li japplikaw għal għajnuna sal-2010, kompla jgħid Chris Said. “L-iskema għalhekk qed tiffaċilita lill-Kunsilli Lokali biex jeliminaw restrizzjonijiet għall-aċċessibilità fiżika, għall-gwadann tal-kommunità, b’mod speċjali għal persuni li għandhom bżonnijiet speċjali, inklużi l-anzjani u persuni b’diżabilità” .
Marbuta mal-aspett tal-aċċessibilità hemmil-fatt li min-nhar is-Sibt li ġej 17 t’Ottubru, il-Kunsilli Lokali ser jibdew jiftħu kull nhar ta’ Sibt ukoll mit-8.00am sal-11.30am. B’dan il-mod il-kunsilli qed isiru iktar aċċessibbli għar-residenti permezz tas-servizz li ser jibdew joffru f’iktar ġranet, u għalhekk se jkunu iktar disponibbli speċjalment għal min jaħdem ħinijiet twal matul il-ġimgħa. Is-servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali jitrattaw ilmenti, ħlasijiet ta’ kontijiet, ġbir ta’ formoli u permessi.
Waqt l-attività li saret fil-Kunsill Lokalital-Għargħur, l-Onor. Chris Said ippreżenta l-għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali li qed jiġu megħjuna taħt din l-iskema. Dawn huma l-Birgu, Isla, Bormla, Żabbar, Żejtun, Floriana, Mġarr, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Żurrieq, Luqa, Marsa, Mqabba, Pietà, Rabat (Malta), Sannat, Xagħra, Għajnsielem, Għarb u Ħal Kirkop. F’diskussjoni li saret tul l-istess attività dwar l-aċċessibbiltà fost l-oħrajn ħadu sehem l-Onor. Chris Said u s-Sur Joe Camilleri, Chairman tal-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow