ĊERTIFIKAT TA’ TMIEM L-ISKOLA SEKONDARJA
pr1763
14/10/2009
| Iċ-Ċertifikati li l-istudenti jingħataw fi | tmiem l-Iskola Sekondarja, se jinbidel biex jingħata sura aktar informattiva u li tirrikonoxxi l-ħiliet kemm akkademiċi kif ukoll kompetenzi oħra, u li jkunu rikonoxxuti madwar l-Ewropa kollha. |
| Dan ħabbritu l-Ministru tal-Edukazzjoni, | Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina meta dal-għodu nidiet dan iċ-Ċertifikat ġdid li se jkollu wkoll timbru ta’ kwalita’ li għandu għarfien mill-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki. |
| F’diskors qasir li għamlet il-Ministru | Ciristina sostniet li l-lum qed isir pass ieħor fir-riforma edukattiva li qed titwettaq f’pajjiżna. Pass li għandu jkompli jressaqna lejn il-mira tagħna li nilħqu l-objettivi tal-Aġenda ta’ Lisbona li almenu 85% tal-istudenti li jispiċċaw l-iskola Sekondarja jkomplu jistudjaw fid-diversi istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li għandna fil-pajjiż. |
| Dan it-tibdil fiċ-Ċertifikat tal-Iskola | Sekondarja se jgħin biex jimmotiva lil dawk involuti ħalli l-miri stabbiliti jintlaħqu. Għandu jgħin ukoll biex innaqqsu n-numru ta’ studenti li jħallu l-iskola kmieni. Għalhekk l-attendenza qed tingħata l-importanza li jistħoqqilha f’dan iċ-Ċertifikat. |
| Minbarra l-attendenza qed nagħtu wkoll | importanza lil aspetti oħra fil-ħajja tal-iskola. Hemm l-edukazzjoni formali u għalhekk l-istudent se jkollu rekord mhux biss tal-marki tal-eżamijiet imma wkoll tal-assessjar tal-għalliema. Aspetti oħra taċ-Ċertifikat huma l-Edukazzjoni Mhux Formali u l-Edukazzjoni Informali. Dawn ikopru attivitajiet li jsiru kemm fl-iskola kif ukoll barra mill-iskola. |
| Hu tajjeb li nagħrfu l-valur edukattiv ta’ | dawn l-attivitajiet u għalhekk għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni meta jiġi biex joħroġ iċ-Ċertifikat fl-aħħar tal-ħames klassi tas-Sekondarja, li allura se jkunu jinkludu x’tip ta’ kisbiet l-istudenti jkunu għamlu bil-parteċipazzjoni f’dawn l-attivitajiet. Il-Ministru tal-Edukazzjoni semmiet bħala eżempju il-mijiet ta’ tfal li huma membri ta’ l-iscouts jew girl guides fejn jiksbu diversi ħiliet. |
| Oħrajn jitgħallmu xi strument mużikali | privatament jew mal-banda tar-raħal li wkoll għandu valur. Hemm min jgħin f’għaqdiet volontarji, min jgħin fil-parroċċa, u diversi modi oħra kif it-tfal tagħna jqattgħu l-ħin ta’ wara l-iskola, f’attivitajiet li huma ta’ min jinkoraġġihom. |
| L-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet | fiċ-Ċertifikat ta’ Tmiem is-Sekondarja għandu jservi ta’ inċentiv biex l-istudent ma jingħalaqx fih innifsu, imma jagħti s-sehem tiegħu fil-ħajja tal-iskola u barra minnha. Dawn l-attivitajiet jgħinu biex ikabbru fl-istudent il-kwalitajiet personali meħtieġa biex jiżviluppa b’mod sħiħ il-karattru u l-personalita’ tiegħu. |
| Matul is-snin fl-iskola obbligatorja, l-istudenti | se jkunu assessjati fuq il-kwalitajiet personali, per eżempju fuq l-altruwiżmu. Ma rridux li l-istudenti jimxu ’l quddiem fit-tagħlim akkademiku biss. Il-valuri huma meħtieġa u naħsbu li dan iċ-Ċertifikat se jgħin biex dawn il-valuri jingħataw l-imbuttatura li jistħoqqilhom. Iċ-Ċertifikat huwa inizjattiva nazzjonali u se jkun addottat mill-iskejjel kollha. Dan se jkun ta’ benefiċċju għax se jkollna għodda waħda li nkejlu biha. |
| L-okkażjoni tal-lum tfisser pass ieħor fir-Riforma | Edukattiva. Ninsabu f’mixja li għandha twassal għal titjib fit-tagħlim. Irridu nkunu żguri li t-tfal kollha jirċievu edukazzjoni ta’ kwalità. Dan iserħillna moħħna li l-istandards fl-edukazzjoni qed jinżammu, anzi jogħlew. Hekk niżguraw ġejjieni sabiħ għall-individwi u għas-soċjetà tagħna. Aħna żguri li dan iċ-Ċertifikat se jgħin biex l-iskopijiet u l-miri li għandna għal pajjiżna jintlaħqu. |
| Il-Ministru rringrazzjat lil dawk kollha li | taw sehemhom biex il-lum stajna nagħmlu dan il-pass importanti – Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni, il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki, l-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti u oħrajn. |
| Dr. James Calleja, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill | Malti għall-Kwalifiki spjega kif dan iċ-ċertifikat se jkollu għarfien fuq livell Ewropew u l-importanza tiegħu fid-dinja tax-xogħol. |
| Dr. Grace Grima, Direttur Ġenerali | għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni, spjegat kif għandu jimtela’ dan iċ-Ċertifikat u kif se jibda jintuża minn issa għal dawk l-istudenti li qegħdin minn Form III, l-isfel. |
| Tkellem ukoll Dr. Christopher Bezzina, | Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar l-importanza ta’ din il-bidla u l-bżonn li dawk kollha involuti jagħtu sehemhom biex dan it-tibdil jidħol b’suċċess. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989