IMĦABBRA L-KUNSILLI LOKALI FINALISTI TAL-LOCAL ENTERPRISE SUPPORT AND GREEN CHALLENGE AWARDS
pr1757
13/10/2009
| Bħala parti mill-inċentivi | li qed jieħu l-Gvern Ċentrali għall-iżvilupp ta' lokalitajiet sostenibbli, ġie allokat fond biex jiġu ppremjati Kunsilli Lokali li jkunu ħadu inizjattivi fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom matul dawn l-aħħar sentejn, f’żewġ oqsma partikulari – dak tal-intrapriża u dak tal-ambjent, f’dak li qed jissejjaħ il-‘Local Enterprise Support and Green Challenge Awards’. |
| Il-Ministru | tal-Finanzi u Ekonomija, l-Onor. Tonio Fenech, u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said, illum ħabbru l-finalisti għal dawn iż-żewġ premjijiet. |
| L-inizjattivi tal-Kunsilli Lokali li se jiġu | ppremjati se jservu bħala pjattaforma biex itejbu l-intrapriża lokali u jinċentivaw in-negozji żgħar u ta' daqs medju fil-lokalitajiet; kif ukoll li jaraw titjib sostenibbli tal-ambjent fiżiku fil-lokalitajiet. |
| “L-iskop ewlieni tal-Gvern hu li | jinċentiva lill-Kunsilli jagħtu sehemhom f'konformità mal-politika tal-istess Gvern, kemm fuq livell ambjentali kif ukoll fuq livell imprenditorjali f’ħidma sabiex ikollna lokalitajiet sostenibbli”, stqarr l-Onor. Tonio Fenech. |
| Ghaxar Kunsilli Lokali huma nominati għall-Green | Challenge Award u ghaxra oħra għall-Premju tal-Intrapriża. L-aħjar żewġ Kunsilli Lokali li jkunu ħadmu f’dawn iż-żewġ oqsma se jingħataw l-ammont sostanzjali ta' €40,000 kull wieħed. It-18-il Kunsilli Lokali ieħor li ġew magħżula bħala finalisti se jingħataw €5,000 għall-isforzi li saru. |
| Il-Ministru Fenech stqarr li l-Gvern jifraħ lil | dawk il-Kunsilli Lokali li juru sens ta’ responsabbilità lejn il-komunità kummerċjali, u qed jimpenjaw ruħhom sabiex jorganizzaw attivitajiet kummercjali uniċi, u ta’ attrazzjoni għal-lokalità tagħhom, biex b’hekk mhux biss qed ikunu ta’ servizz lejn il-pubbliku generali, izda qed ikunu ta’ sostenn għall-istess komunità kummerċjali rispettiva tagħhom, u joħolqulhom opportunitajiet ġodda ta’ negozju u kummerċ. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li | l-aħjar inizjattivi eliġibbli mill-aspett ambjentali jippermettu fost l-oħrajn, il-ħolqien ta' kuxjenza dwar l-iskart u l-immaniġjar taż-żoni urbani u kostali, kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-arja u stil ta’ ħajja attiva. |
| L-aħjar 10 inizjattivi eliġibbli mill-aspett | intraprenditorjali jikkonċernaw dwar il-promozzjoni u l-użu tal-produzzjoni lokali, li tippermetti dħul ekonomiku sostenibbli fil-lokalità. Uħud mill-inizjattivi jinkorraġġixxu l-ħiliet tradizzjonali u jagħtu l-opportunità lil min jaħdem l-artiġġjanat biex jikseb benefiċċji ekonomiċi mill-istess attività, qal l-Onor. Chris Said. |
| Iż-żewġ Kunsilli Lokali rebbieħa se jiġu | magħżula waqt ċerimonja li se tixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali iktar ‘l quddiem. |
| L-ghaxar Kunsilli Lokali nominati ghall-Green | Challenge Award huma l-Kunsilli Lokali ta’ Mdina, Birgu, Zejtun, Attard, Fontana, Kirkop, Mellieha, Naxxar, San Lawrenz u Santa Lucija. |
| L-ghaxar Kunsilli Lokali nominati ghall-Premju | tal-Intrapriza huma l-Kunsilli Lokali ta’ Mdina, Birgu, Siggiewi, Attard, Gharb, Mellieha, Naxxar, San Pawl il-Bahar, Mtarfa u Birkirkara. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989