XOGĦLIJIET TAL-AWTUR MONS. ANTON SALIBA F’WIRJA F’GĦAWDEX
pr1750
12/10/2009
| Fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex | ġiet inawgurata wirja ta’ kotba u materjal ieħor relatat mal-pubblikazzjonijiet tal-kitbiet ta’ Mons. Anton Saliba. Dawn ix-xogħlijiet jinkludu kotba tal-ħrejjef għat-tfal kif ukoll novelli u xogħlijiet għal fuq il-palk. |
| L-awtur, li twieled u joqgħod f’Ta’ Sannat, | qiegħed jesponi aktar minn 25 ktieb li ppubblika f’dawn l-aħħar snin. Għal din l-okkażjoni qiegħed ukoll iniedi tliet kotba li ppubblika dan l-aħħar. L-istejjer huma mmirati lejn tfal u studenti li jattendu skejjel primarji u sekondarji. Ix-xogħlijiet ta’ Mons. Saliba jinkludu wkoll kitbiet għall-palk u dramm storiku li huma ta’ interess għal kulħadd. |
| Hemm esebiti wkoll għadd ta’ tpinġijiet li saru | mill-artisti Għawdxin Carmel Camilleri u Eric Xuereb, li ntużaw biex jagħtu l-ħajja lill-karattri li ħafna drabi huma annimali. Minbarra li jsawwar l-istejjer tiegħu f’dawn ir-rakkonti, l-awtur jgħaddi wkoll messaġġi u tagħlimiet adattati għal qarrejja żgħar jew mhux daqshekk żgħar. |
Din l-esebizzjoni ġiet inawgurata mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, li fissret kif il-ktieb għad għandu funzjoni importanti fil-ħajja ta’ llum, speċjalment fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-kultura. Kien għalhekk li għall-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja ġew mistiedna numru ta’ tfal li jattendu l-iskejjel f’Għawdex biex dawn ikunu jistgħu jwasslu dan il-messaġġ fl-iskejjel tagħhom. Il-Ministru faħħret l-inizjattiva u t-talent ta’ Mons. Saliba u rringrazzjatu għad- donazzjoni ta’ sett kotba li huwa ppreżentalha meta kienet imnedija din l-esebizzjoni.
| Għall-ftuħ uffiċjali ta’ din il-wirja, ġie | organizzat programm tal-okkażjoni mtella’ minn kumitat apposta. Saret preżentazzjoni dwar il-ħajja tal-awtur u s-Sur Carmel Cachia tkellem dwar ħajjet l-awtur u kitbietu. Tfal li jattendu mit-tielet sal-ħames sena tal-iskola primarja qraw siltiet mill-kotba ta’ Mons. Saliba, fosthom il-ktieb ġdid ‘Il-Fenek’. Inqraw ukoll poeżiji li nkitbu għall-okkażjoni minn Giovann Attard u l-Kav. Joe M. Attard. Il-wirja ġiet imbierka mill-Kanonku Tarċisju Camilleri. |
| Il-wirja ser tkun miftuħa sas-Sibt 24 ta’ | Ottubru 2009. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 a.m. u l-4.30 p.m. u nhar ta’ Sibt bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989