Indirizz mis-Segretarju Parlamentari TA’ ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET, l-Onor. Jason Azzopardi fl-okkazjoni tal-ftuħ uffiċjali ta’ uffiċini ġodda għal ‘Brian Tonna and Co.’ – Swatar - 12 ta’ Ottubru 2009
pr1748
12/10/2009
| Il-ftuħ uffiċjali | tal-uffiċini ġodda għal Brian Tonna and Co., jimmarka episodju ieħor ta' suċċess mhux biss għall-istituzzjoni Brian Tonna innifisha, iżda anke għall-politika tal-Gvern li jiżviluppa l-Malta f'ċentru reġjonali ewlieni u ta' eċċellenza fis-Servizzi Finanzjarji skond il-pjan u viżjoni għall-2015. |
| Din l-okkażjoni | turi li għalkemm id-dinja tinsab għaddejja minn kriżi globali storika, finanzjarja u ekonomika, illi rriżultat f'qgħad estensiv u 'slow-down' ġenerali fis-swieq kollha dinjija, Malta xorta waħda għadha qed toffri l-ambjent ideali biex tistimula l-attivita' ekonomika. Huwa ċertifikat ikbar, meta tqis li Malta qed teċċella l-iktar fis-setturi li ġew milquta l-agħar mill-istess ċirkostanzi internazzjonali. |
| Żgur li dan ma | jseħħx b'kumbinazzjoni. Dan huwa frott l-ambizzjoni u d-determinazzjoni ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur, u li min hawn, f'isem il-Gvern, nirringrazzja u ninkoraġġixxi għall-ġejjieni. Fl-istess ħin dan kien ukoll il-frott ta' żviluppi li seħħew; parti mill-politika ta' Gvern li emmen f'dan is-settur. |
| Il-Gvern jinsab | impenjat li jirrispondi għall-isfidi li qed joffru l-bidliet fl-isfera ekonomika internazzjonali, biex tinżamm garanzija li Malta żżomm dik il-'cutting edge' fuq ħaddieħor, waqt li tibqa' toffri lill-investituri l-aqwa klima finanzjarja possibbli. |
| Is-settur | tas-Servizzi Finanzjarji għandu rwol importanti li iktar ma jmur qed jikber fl-ekonomija ta' Malta. Dan is-settur jagħmel użu minn għadd ta' professjonisti, li spiss ikunu speċjalizzati sew f'kamp jew ieħor. Dan jikkontribwixxi għall-produttivita' lokali. Mingħajr ma wieħed inaqqas fl-importanza tas-setturi industrijali l-oħra ta' pajjizna, l-iżvilupp tas-settur tas-Servizzi Finanzjarji ikkontribwixxa għal diversifikazzjoni fis-sorsi tat-tkabbir ekonomiku. |
| Kif kien mistenni, | is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kompla jgħin biex Malta żviluppat f'ċentru finanzjarju, speċjalment fl-isfond tal-qafas leġislattiv Ewropew magħrufa bħala passporting rights. F'Malta għandna 210 istituzzjonijiet li għandhom dawn il-passporting rights, filwaqt li 7 istituzzjonijiet Maltin għandhom passporting rights fl-EU. Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea saħħet l-istandards regolatorji tas-settur, f'qafas li kien diġa robust. |
| Dawn il-fatturi | flimkien mal-benefiċċji ta' politika fiskali għaqlija, u klima ekonomika ġeneralment stabbli li ġabet magħha is-sħubija ta' Malta fl-EU, kif ukoll id-dħul ta' Malta fiż-żona Ewro ipprovdew il-pedamenti għat-tkabbir rapidu tas-settur finanzjarju, u biex Malta żiedet fil-viżibbilita' bħala ċentru finanzjarju. Partikolarment l-addozjoni tal-Ewro eliminat inkwiet żejjed dwar stabbilita' fir-rati tal-kambju, fil-waqt li Malta daħħlet taqsam il-benefiċċji ta' munita unika f'wieħed mill-ikbar swieq tad-dinja. |
| Jinħtieg xorta | waħda nibqgħu nisħqu biex inzidu l-kompetittivita' tagħna u nibnu izjed fuq il-vantaġġi li għandu pajjiżna bhala ċentru finanzjarju. Il-munita Ewro toffrilna opportunitajiet li jinħtieg li nieħdu, speċjalment fi żmien ta' sfida li għaddejjin minnu. |
| It-tkabbir | kontinwu tas-settur finanzjarju jagħti raġun lill-istrategija tal-Gvern li jiżviluppa dan is-settur bħala pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija. L-attivita’ ta' intermedjazzjoni finanzjarja ikkontribwiet għal 5.1% tal-Gross Value Added fl-ewwel nofs ta' din is-sena – fejn fl-istess perjodu s-sena l-oħra kien 4.7%. Din iz-zieda turi ir-reżistenza tas-settur fl-isfond tar-riċessjoni ekonomika. Is-settur finanzjarju fl-2008 kien responsabbli għal 3.8% tal-popolazzjoni ta' ħaddiema f'Malta, qabza konsiderevoli mir-rata ta' 2.7% is-sena ta' qabel. |
| In-numru ta' | liċenzji għas-settur finanzjarju li ħarġet il-Malta Financial Services Authority jammonta għal 402. In-numru ta' istituzzjonijiet finanzjarju u monetarji illum huwa ta' 22, żieda ta' 4 mill-2006. Il-balance-sheet kombinata ta' dawn l-istituzzjonijiet rat tkabbir ta' 10% f'kull sena mill-aħħar tlett snin li għaddew. |
| Qafas regolatorju | b'saħħtu, prattiċi bankarji prudenti u l-addozjoni ta' l-ewro offrew stabbilita' lis-sistema finanzjarja tagħna. Dawn l-istess fatturi kienu importanti biex Malta setet tiflaħ għat-terbulenzi tal-kriżi ekonomika internazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989