Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

pr1742
Date Icon 11/10/2009
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Internjirreferi għal numru ta’ rapporti li deheru fil-ġurnali ta’ dalgħodu għar-rigward ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat t’arrest mill-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan nhar is-7 t’Ottubru.
Il-fatti kif jirriżultaw lill-Ministeru humakif ġej:
Nhar is-Sibt wara nofsinhar, Rose Parnis ta’45 sena minn Naxxar tressqet quddiem il-Magistrat Dr. S. Meli LL.D fejn, fost diversi akkużi, ġiet mixlija li fis-7 t’Ottubru 2009, f’San Gwann, għamlet reżistenza bi vjolenza fuq diversi membri tal-Korp tal-Pulizija waqt li dawn kienu qegħdin jesegwixxu mandat t’arrest maħruġ leġittimament mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta rigward każ ieħor li kien qed jinstema’ quddiem l-istess Qorti.
L-akkużata wieġbet li m’hix ħatja, u ngħatatil-libertà proviżorja bil-kundizzjoni li tiffirma l-Għassa tal-Pulizija tan-Naxxar darba fil-ġimgħa, kif ukoll fuq garanzija personali ta’ €3,000.
Jidher li l-akkużata għamlet allegazzjoni ta’użu eċċessiv ta’ forza minn membri tal-Korp tal-Pulizija waqt l-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest. Rigward dan il-fatt digà inbdiet investigazzjoni mit-Taqsima tal-Affarijiet Interni tal-Korp.
Għalkemm intalbet l-għajnuna tal-familjarital-akkużata sabiex jingħata CCTV recording li kien jinstab fil-post minn fejn sar l-arrest sabiex dan jgħin fl-investigazzjoni, il-familjari, kif ukoll l-avukat difensur tal-akkużata, rrifjutaw li jgħatu dan ir-recording lill-Pulizija.
Ta’ min jgħid, madanakollu, li l-akkużataf’ebda ħin ma qajjmet dawn l-allegazzjonijiet waqt is-smiegħ tal-preżentata tagħha fil-Qorti l-bieraħ. Anqas ma jirriżulta li dan il-każ ġie rrappurtat lill-Bord tal-Pulizija, li huwa Bord imwaqqaf bil-liġi sabiex jinvestiga allegazzjonijiet bħal dawn, b’mod indipendenti u mingħajr interferenza, hekk kif garantit mill-istess liġi.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Internjissoleċita sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u li dawn isibu l-koperazzjoni tal-partijiet kollha involuti sabiex jekk jirriżulta li hemm xi ksur tal-ligi jittieħdu l-passi meħtieġa fil-Qrati tal-Ġustizzja, li huma l-istituzzjoni waħdanija li tista tiggarantixxi smiegħ xieraq u ġust f’pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Over 200 students express their vision of the construction sector through art

PR261989en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Aktar minn 200 student jesprimu l-viżjoni tagħhom dwar is-settur tal-kostruzzjoni permezz tal-arti

PR261989

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Aktar...

More Press Releases Right arrow