IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JILTAQA’ MAL-KAPIJIET TAL-ISKEJJEL FIL-PALAZZ VERDALA
pr1734
09/10/2009
| Il-President George Abela, dalgħodu laqa’ | lill-Kapijiet tal-iskejjel; kemm dawk tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti, fil-Palazz Verdala. |
| Filwaqt li awguralhom għal sena skolastika | ġdida, il-President Abela tkellem ukoll rigward il-kampanja tal-’Piggy Bank’ li se tiġi mnedija fil-jiem li ġejjin – kampanja li tifforma parti mill-‘Istrina’ ta’ din is-sena u li hija sponsorjata mill-‘Bank of Valletta’. |
| Il-President Abela talab għall-appoġġ sħiħ | tal-istess kapijiet u spjega li iktar ma jinġabru fondi minn din il-kampanja, ikunu jistgħu jiġu milqugħa iktar talbiet li jsiru regolarment għand il-’Malta Community Chest Fund’. |
| F’din il-laqgħa tkellem ukoll is-Sur Gino | Xuereb, f’isem il-Kap Eżekuttiv tal-‘Bank of Valletta’ fejn stqarr li din hija s-sitt sena konsekuttiva li l-istess bank qed jisponsorja din il-kampanja, u wera s-sodisfazzjon tiegħu li minnha, f’dawn is-snin, inġabret is-somma ta’ aktar minn kwart ta’ miljun ewro. |
| Il-Kapijiet tal-iskejjel wara kellhom l-opportunita’ | li jżuru wkoll il-Palazz Verdala. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989