IL-PLAYMOBIL TINVESTI €11-IL MILJUN U TOĦLOQ 80 IMPJIEG ĠDID
pr1714
08/10/2009
| B’investiment ġdid ta’ €11-il miljun | f’estensjoni ta’ 5,000 metru kwadru tal-fabbrika tagħha f’Malta u l-introduzzjoni ta’ teknoloġija ġdida, il-kumpanija Playmobil (Brandstatter Group) se tkun qed timpjega 80 persuna ġdida fit-tliet snin li ġejjin. |
| Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija | u Investiment, l-Onor. Tonio Fenech waqt żjara li għamel fil-fabbrika tal-Playmobil, dalgħodu f’Ħal Far. |
| Il-Ministru Fenech esprima s-sodisfazzjon | tiegħu li l-kumpanija kienet qed tħares ‘l quddiem lil hinn mill-isfidi tas-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali, u tinvesti f’teknoloġija ogħla biex b’hekk il-produzzjoni timxi lejn valur miżjud għola. Dan għandu jservi ta’ eżempju għall-industrija bbażata f’pajjiżna, għaliex huwa b’dan it-tip ta’ investiment li l-kompetittività tagħna tista’ tkun imħarsa. |
| Tonio Fenech faħħar il-kontribut | tal-Playmobil f’Malta li mhux biss tħaddem mat-800 ruħ iżda fuqha jiddependu wkoll mal-15-il kumpanija oħra li jipprovdu xogħol ta’ sub-contracting u li bejniethom jimpjegaw mal-250 persuna oħra. |
| Helga Ellul, id-Direttur Maniġerjali | tal-Playmobil spjegat li l-kumpanija Ġermaniża għażlet il-fabbrika ta’ Malta għal-linja ta’ produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità ogħla, inkluż il-laser printing. Hija spjegat li dan kien possibbli għaliex il-kumpanija Ġermaniża rrikonoxxiet il-kapaċitajiet tal-ħaddiema Maltin li huma ħerqana li jitgħallmu u jaddattaw. Hija rringrazzjat ukoll lill-Malta Enterprise tal-kooperazzjoni tagħha tul il-proċess li wassal biex tittieħed id-deċiżjoni fil-kuntest ta’ dan l-investiment. |
Other Press Releases:
PR261989en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR261989