Left arrow Go Back

L-ONOR JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-KOMPETITTIVITA’

pr1587
Date Icon 24/09/2009
Is-Segretarju Parlamentarifil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomoija u Investiment, l-Onor Jason Azzopardi, illum jinsab fi Brussell jattendi laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittivita’.
F’din il-laqgħa qed tiġi diskussa r-reviżjonital-Politika dwar l-Innovazzjoni fil-Komunita’, f’dinja dejjem tinbidel. Politika li trid tkun komprensiva sabiex tindirizza l-aspetti ewlenin relatati mal-ħtieġa li jkun hemm kunċett aktar wiesa’ ta’ innovazzjoni li jinkludi l-forom kollha ta’ innovazzjoni inkluż dawk tas-servizzi u dawk soċjali u kulturali. Barra minn hekk trid tkun politika li tħares il-proċess u l-governanza li tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi tat-transizzjoni u l-ekonomiji żgħar.
Materji oħra li se jiġu diskussi jinkludu kifis-Suq intern jista’ jaħdem dejjem aħjar billi jiġi mtejjeb l-operat tas-suq intern u jiġu implimentati numru ta’ linji gwida li joffru informazzjoni prattika dwar opportunitajiet ta’ kummerċ bejn il-pajjiżi membri kollha. Barra minnek qed jiġi diskuss ukoll il-Proċess tal-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi li bih jitwaqqgħu x-xkiel għal kummerċ ħieles fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi u ssir aktar faċli biex kumpaniji jitwaqqfu fil-pajjiżi membri kollha.
Jakkumpanjaw lill-Onor. Azzopardi hemm LinoMintoff Kap tas-Segretarjat għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet kif ukoll Anton Spiteri, Direttur għall-Affarjiet Ewropej.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow