STEDINA GĦALL-MEMORY WALK 2009
pr1586
24/09/2009
| Fl-okkażjoni | tal-jum dinji dwar l-Alzheimer, li jiġi ċċelebrat fil-21 ta’ Settembru, is-Soċjetà Maltija dwar id-Dimenzja qed torganizza programm ta’ attivitajiet bl-iskop li twassal aktar informazzjoni dwar din il-kundizzjoni. |
| Il-pubbliku huwa mistieden iżur l-istand ta’ | informazzjoni li ser tkun fi Pjazza Ħelsien fil-Belt Valletta s-Sibt li ġej mid-9.30 ta’ filgħodu l-quddiem kif ukoll jattendi għal mixja simbolika, imsejħa Memory Walk fi triq ir-Repubblika fil-11 ta’ filgħodu. |
| Is-Soċjetà Maltija dwar id-Dimenzja qed tisħaq | dwar l-importanza li kulħadd ikun jaf xi tfisser id-dimenzja, sabiex dawk li għandhom din il-kundizzjoni jkunu jistgħu jiġu megħjuna b’mod effettiv. Tajjeb ukoll li familjari u ħbieb ta’ persuna li għandha d-dimenzja jkunu jafu kif jistgħu joffru din l-għajnuna, li kultant taf tkun waħda sempliċi. |
6 miljun persuna li jgħixu fl-Ewropa għandhom id-dimenjza. Minn dawn, aktar minn 4,500 huma Maltin. Il-marda tal-Alzheimer hija r-raġuni l-aktar komuni għalfejn persuna ikollu d-dimenzja.
| Huwa stmat li dawn il-figuri ser jirduppjaw | fil-25 sena li ġejjin. |
| Il-kumitat dwar l-istrateġija nazzjonali dwar | id-dimenzja, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, bħalissa għaddej bil-ħidma f’dan is-settur bil-għan li jipprovdi aktar informazzjoni dwar kif din il-kundizzjoni tista’ tiġi trattata aħjar. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en