INVESTIMENT TA’ €92,657 FL-EWWEL NIGHT SHELTER GĦALL-ANZJANI
pr1578
23/09/2009
| Waslu fl-aħħar fażijiet tagħhom ix-xogħlijiet | li bħalissa għaddejjin fil-Kunvent tas-Sorijiet ta’ Ġesu Nazzarenu fiż-Zejtun sabiex parti minn dan il-kunvent tiġi mibdula f’ Night Shelter għall-Anzjani. Dan huwa proġett pilota li permezz tiegħu l-anzjani se jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunita’ tagħhom mingħajr il-bżonn li jmorru joqogħdu ġo dar tal-anzjani. |
| Waqt żjara li għamel fil-post is-Segretarju | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea qal li l-anzjani se jkunu jistgħu jgħaddu l-lejl b’rashom mistrieħa filwaqt li jieħdu breakfast fil-post għal €2 kull lejl. Il-Gvern se jagħti €4,000 fis-sena lis-sorijiet li se jmexxu l-proġett. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li dan | il-proġett qiegħed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja u li permezz tiegħu se jitwieled dan il-kunċett ta’ Night Shelter f’pajjiżna. Hu qal li huma bosta dawk l-anzjani li jagħżlu li jmorru f’home minħabba li ma jridux iqattgħu l-lejl waħidhom u allura n-night shelter jaf ikun soluzzjoni ideali. |
| L-Onor.Galea qal li peress li dan hu kunċett | ġdid wieħed irid jara kif se jintlaqa’ mill-anzjani, imbagħad tiġi evalwata l-possibilita’ li jsiru night shelters oħra f’Malta u Għawdex, partikolarment f’binijiet kbar li minnhom jintużaw partijiet żgħar. |
In-Night Shelter f’dan il-kunvent jinkludi:
- 8 sodod
- Kċina
- Sitting u living area
- Bathroom
- Toilet
- Store
- Lift (naturalment aċċessibbli għall-wheelchair)
Dan sar b’investiment ta’ €92,657.
Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea enfasizza d-dmir li kull membru fis-soċjeta’ jieħu ħsieb l-anzjani li huma qraba jew familjari tiegħu. Hu qal li minkejja li l-Gvern jista’ jipprovdi ammont ta’ faċilitajiet, ħadd ma jista’ jagħi l-imħabba li tagħti l-familja.
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en