Preżentata l-istrateġija Nazzjonali ta’ miżuri ta’ politika u tnaqqis tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino ppreżenta l-istrateġija Nazzjonali ta’ miżuri ta’ politika u tnaqqis tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra. Din l-istrateġija, li ġiet approvata mill-kabinett, sejra titressaq fil-parlament il-ġimgħa d-dieħla. Il-Ministru Pullicino saħaq li dan id-dokument ta’ strateġija finali li qed iressaq il-Gvern għandu l-għan sabiex ikompli jsir kull sforz possibbli, skond ir-rakkomandazzjonijiet ta’ din l-istrategija, sabiex pajjiżna jkompli jagħmel il-parti tiegħu sabiex tingħeleb din l-isfida mondjali tal-Bidla fil-Klima.
Din l-istrategija li hija riżultat ta’ konsultazjoni wiesa ma diversi setturi u mal-pubbliku in ġenerali tippreżenta 96 rakkomandazzjoni. Dan iffisser li din l-istrateġija tpoġġi 9 rakkomandazzjonijiet aktar minn dak li kien ġie propost fl-abbozz tal-istrateġija. Kemm id-dokumenti tal-konsultazzjoni pubblika, ir-rapport finali tal-kumitat għat-tibdil fil-klima kif ukoll l-istrategija finali tal-Gvern huma pubbliċi u jistgħu jinkisbu minn fuq il-website www.climatechange.gov.mt.
| Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-kumitat | t’esperti mmexxi mis-Sur David Spiteri Gingell li kien twaqqaf f’Gunju tas-sena l-oħra sabiex ifassal din l-istrateġija. Din l-istrategija tal-Gvern tipprovdi wkoll għal proċess ta’ konsultazzjoni kontinwu bħala parti mit-twettieq ta’ din l-istess strateġija. Dan se jsir permezz ta’ laqgħat għal-konsultazzjoni mal-għaqdiet ambjentali u l-pubbliku in ġenerali. |
| Din l-istrateġija se tkun | immexxija minn Unit fi ħdan l-Awtorita ta’ Malta dwar ir-Rizorsi. Ġie deċiż li jsir hekk sabiex ikomplu jiġu kkonsolidati l-awtoritajiet u jingħaqdu ir-riżorsi umani li jeżistu f’dan is-settur. Tajjeb jingħad ukoll li permess ta’ din l-istrateġija se jkun qed jitwaqqaf kumitat inter ministerjali. Dan qed isir għaliex is-suġġett tal-bidla fil-klima jinvolvi diversi aspetti li jaqgħu taħt diversi ministeri differenti u jrid isir sforz kollettiv sabiex ir-rakkomandazjonijiet ikunu mplimentati. Il-Ministru Pullicino fakkar ukoll li din l-istrateġija hija waħda li tfassal pjan konkret ta’ mitigazzjoni. Il-Gvern f’Awwissu li għaddha waqqaf kumitat ieħor, din id-darba sabiex ifassal strateġija ta’ addattazzjoni għat-tibdil fil-klima. |
| Din l-istrateġija ppreżentata | llum tiffoka fuq kif jistgħu jitnaqqsu l-emmissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-setturi tal-enerġija, l-ilma, trasport, l-iskart u l-agrikoltura. L-investiment li jrid isir fil-qasam tal-enerġija biss ilaħħaq ma’ ‘l fuq €1.2 biljun. Dan juri kemm verament il-Gvern hu lest li jinvesti b’mod konkret b’miżuri bżonnjużi, mhux biss għal-ħarsien tal-ambjent, iżda wkoll għal-ħarsien ta’ saħħet il-bniedem. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en