IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI JATTENDI LAQGĦA TA’ LIVELL GĦOLI FIL-WIPO (WORLD INTELLECTUAL PROPERTY ORGANIZATION)
pr1570
22/09/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Jason Azzopardi illum qed jattendi għall-ewwel Laqgħa Għolja fuq livell Ministerjali li qed issir waqt l-Assemblea tal-Istati Membri tal-WIPO - World Intellectual Property Organization f’Ġinevra, l-Isvizzera. Waqt din il-laqgħa qed jiġu diskussi modi kif jistgħu jiġu indirizzati sfidi li toffri r-realtà ta’ dinja dejjem iktar diġitali, fil-ħarsien tal-proprjetà intelletwali. Din il-laqgħa għandha l-għan tinkoraġġixxi li jinstabu mezzi kreattivi u soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum. |
| Nhar l-Erbgħa 23 | ta’ Settembru, is-Segretarju Parlamentari ser ikollu laqgħa mad-Direttur Ġenerali tal-WIPO Francis Gurry. Waqt din il-laqgħa huma ser jitkellmu dwar il-possibbilità li jiġu esplorati opportunitajiet ta’ iktar kooperazzjoni bejn il-WIPO u l-Gvern Malti. Din il-laqgħa isaħħaħ ir-relazzjonijiet tajba li jeżistu bejn Malta u l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti. |
| L-aġenzija WIPO | tiżviluppa u tħaddem is-sistemi internazzjonali li jħarsu l-proprjetà intelletwali. L-innovazzjoni u l-kreattività jiddependu direttament minn dawn is-sistemi, biex ikomplu jagħqdu l-irwoli importanti li għandhom fid-dawl ta’ sfidi mhux żgħar illi toffri r-realta’ ta’ dinja globalizzata tal-lum. |
| Din l-aġenzija | hija impenjata li toffri sistema li tħares b’mod effettiv il-proprjetà intelletwali, u tiggarantixxi l-aċċessibbilità tagħha għan-nazzjonijiet kollha, biex jinstabu s-soluzzjonijiet għal sfidi bħal bdil fil-klima, epidemiji, l-aċċessibbilità għas-servizzi tas-saħħa, il-preservazzjoni tal-bio-diversità u oħrajn. |
| Jason Azzopardi | huwa akkumpanjat minn Lino Mintoff, Kap tas-Segretarjat – Erarji Pubbliċi u Artijiet, kif ukoll id-Direttur Ġenerali għall-Kummerċ Godwin Warr u d-Direttur għar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Industrijali Michelle Bonello. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en