Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-ISKEMA TA’ INIZJATTIVI SPORTIVI GĦALL-KUNSILLI LOKALI

pr1569
Date Icon 22/09/2009
Il-Kunsilli Lokali huma mħeġġa biex jagħtus-sehem tagħhom biex iwessgħu l-parteċipazzjoni sportiva fost il-komunitajiet tagħhom. Għal dan il-għan qed jerġa’ jitwaqqaf fond b’allokazzjoni massima ta’ €120,000.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijietindirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, li fiha kienet mnedija t-tieni edizzjoni tal-iskema “Inizjattivi Sportivi għall-Kunsilli Lokali”.
Is-SegretarjuParlamentari Clyde Puli qal li l-iskema għas-sena d-dieħla qed titnieda wara rispons tajjeb għall-ewwel skema mnedija aktar kmieni din is-sena. Hu qal li 24 Kunsill Lokali kienu applikaw biex sal-aħħar ta’ din is-sena jittellgħu 84 attività sportiva differenti. B’kollox hu kkalkulat li madwar 4,500 persuna se jkunu bbenefikaw minn din l-ewwel skema.
Clyde Puli semma kif l-iskema għall-2010, sejkollha enfażi fuq l-attivitajiet sportivi għat-tfal tal-iskejjel wara l-ħin tal-iskola. Priorità se tingħata wkoll lit-tfajliet ta’ bejn id-9 u s-16–il sena u lill-adulti li ma humiex normalment sportivi. Dan permezz ta’ numru ta’ programmi li jinkludu diversità sħiħa ta’ dixxiplini sportivi u attività fiżika, inkluż id-dixxiplini tradizzjonali u oħrajn bħall-Hip Hop u l-Aerobics.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tkellemdwar l-importanza ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u entitajiet f’oqsma oħra, inkluż il-ħidma tagħhom mal-għaqdiet sportivi. Chris Said enfasizza wkoll l-importanza tar-rwol tal-Kunsilli Lokali fejn jidħlu faċilitajiet sportivi għall-kommunità u qal li l-inizjattivi għandhom jolqtu aspetti bħal parteċipazzjoni akbar fil-isports għar-residenti, opportunità ta’ aċċess għal kulħadd għal faċilitajiet sportivi b’attivitajiet sportivi għat-tfal, żgħażagħ u adulti.
L-iskema hi miftuħa għal inizjattivi minn Jannarsa Diċembru 2010 u l-applikazzjonijiet jagħlqu fit-30 ta’ Ottubru.
Preżenti għal din il-Konferenza tal-aħbarijietkien hemm ic-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Bernard Vassallo kif ukoll is-Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow