Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAT-TAQSIMA PROPRJETA’ TAL-GVERN ALS TITĦADDEM MINN GĦAWDEX

pr1560
Date Icon 18/09/2009
Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debonoflimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi llum żaru l-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Artijiet f’ Għawdex waqt li kienu qed jiġu ffirmati kuntratti mill-iskema ALS (Agricultural Land Scheme), minn bdiewa Għawdxin.
Dan seta’ jseħħ għax sa minApril ta’ din is-sena id-Diviżjoni Proprjeta tal-Gvern bdiet taqdi ‘l bdiewa Għawdxin stess, minn ġewwa Għawdex għall-kumdita’ tagħhom.  B’hekk ma tintilifx il-ġurnata tax-xogħol, u jkun hemm inqas skariġġ.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dan huwaeżempju ieħor konkret ta’ kif il-Gvern bil-fatti qed jieħu passi biex ikun iktar viċin tal-pubbliku, u għall-kumdita’ tal-pubbliku.  Jason Azzopardi qal li sa minn April ‘l hawn saru madwar 150 kuntratt, filwaqt li sa l-aħħar tas-sena huwa pprogettat li dan in-numru jirdoppja.
Jason Azzopardi stqarr is-sodisfazzjon tiegħudwar il-mod kif qed titħaddem din l-iskema minn Għawdex stess, filwaqt li  faħħar id-dedikazzjoni ta’ l-istaff li huwa l-mutur wara skema li fiha kumplikazzjonijiet legali mhux żgħar.
Il-Ministru għal Għawdex,l-Onor Giovanna Debono, qalet li l-fatt li 3001 jew terz mill-applikazzjonijiet kienu minn gabillotti Għawdxin, huwa xhieda wkoll tal-inizjattiva ta’ bosta Għawdxin li jibqgħu jaħdmu l-għelieqi li ilhom jinħadmu mill-familji tagħhom.
Il-Ministru stqarret li danhuwa wkoll pass pozittiv fil-konfront tal-viżjoni eko-Għawdex, li tħares lejn sostenibilta’ anke fir-rigward ta’ l-ambjent rurali tal-gżira. Bosta kienu dawk il-bdiewa li komplew itejbu l-prodott agrikolu għawdxi anke billi addottaw prattiċi agrikoli tajbin anke permezz ta’ għajnuna minn skemi u programmi ko-finanzjati minn fondi Ewropej.
L-iskema tal-ALS kienet infetħet fis-sena 2000 ukienet maħsuba biex dawk il-bdiewa kollha li jaħdmu art agrikola tal-Gvern iżda li mhumiex rikonoxxuti, jingħataw titlu ta’ qbiela agrikola.  Din l-iskema kienet ta’ suċċess kbir tant li kienu applikaw total ta’ 9,773 applikazzjoni, u 3001 minnhom kienu minn Għawdex.
Mal-applikazzjoni, il-bdiewa jinħtiġilhomjipprovdu fost l-oħrajn, affidavit li kien ilhom tal-inqas sentejn jaħdmu l-art li fuqha applikaw għaliha, pjanta tal-proprjeta’ li turi l-konfini ta’ l-art in kwistjoni, flimkien ma’ dokumenti relatati mal-applikazzjoni.
Din l-iskema kienet tagħti d-dritt lil dawkil-bdiewa wkoll li kellhom titlu diġa’, jew inkella l-kirja kienet flimkien ma’ bdiewa oħra, biex b’hekk setgħu tingħatalhom kirja individwali.  L-iskema tal-ALS kienet intlaqgħet tajjeb, għax tagħti titlu legali ‘l dak il-bidwi illi jaħdem l-art mingħajr ma għandu titlu fuqha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow