KONSORZJU TA’ 15-IL KUNSILL LOKALI FI PROĠETT LI JITRATTA L-UŻU EFFIĊJENTI TA’ ENERĠIJA
pr1554
18/09/2009
| 15-il kunsill lokali qed jingħaqdu flimkien | f’konsorzju biex jimplimentaw proġett li jitratta l-użu effiċjenti ta’ enerġija. Il-valur tal-proġett huwa ta’ iktar minn €200,000. |
| Dan il-konsorzju huwa wieħed mill-proġetti fejn | 41 kunsill lokali qed igawdu minn għajnuna finanzjarja taħt Skema ta’ Fondi għal użu iktar effiċjenti tal-enerġija. Dan hu fond b’ammont li jilħaq €400,000. Il-proġetti magħżula jiffokaw fuq inizjattivi għal teknoloġiji li jużaw sorsi rinnovabbli u miżuri għall-iffrankar ta' enerġija. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni | Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said kien preżenti waqt attività fejn dawn il-15-il kunsill lokali ngħaqdu biex jiffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni għall-proġett. Il-lokalitajiet imsieħba huma: Floriana, Għajnsielem, Għargħur, Kerċem, Mġarr, Mellieħa, Mosta, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Qala, Rabat Għawdex, Ta’ Sannat, Xagħra, u ż-Żebbug Għawdex. |
| Il-miżuri | għall-iffrankar ta' enerġija tal-proġett jinkludu l-installazzjoni ta' sistemi ta' enerġija rinnovabbli ta’ effiċjenza għolja bhalma huma pannelli foto-voltaici (PV) kif ukoll solar water heaters fuq il-bini tal-kunsilli lokali rispettivi. Il-proġett għandu numru ta’ benefiċċji – fosthom li jkun hemm tnaqqis ta' konsum ta' elettriku li jwassal għal benefiċċji ambjentali kif ukoll benefiċċji ekonomiċi. Il-benefiċċji tanġibbli li joħorġu minn dan il-proġett se jkunu disponibbli fi żmien reali lill-pubbliku permezz tal-Internet. Dawn jinkludu dettalji dwar l-enerġija ffrankata u l-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali. Għal kull lokalità msieħba fil-Konsorzju, qiegħda tkun proposta sistema PV mqabbda mal-grid tal Enemalta. Is-sistema PV għandha tinkludi sistema tat-trasmissjoni tad-data fil-ħin reali li se tpoġġi l-informazzjoni dwar l-elettriku ġġenerat, kif ukoll l-emissjonijiet tal-gass CO2 iffrankati, fuq il-websajt tal-Kunsilli rispettivi. Din isservi ta' ezempju għar-residenti ta' dawn il-lokalitajiet biex ikollhom indikazzjoni ċara tal-enerġija ffrankata mill-Kunsill tagħhom u b’hekk huma wkoll jaraw li jaqblilhom jużaw energija nadifa u li taħli inqas. |
| L-Onor Said stqarr li l-Gvern qed jinkoraġġixxi | lill-Kunsilli Lokali biex jaqdu l-funzjoni speċifika li jħarsu l-ambjent tal-lokalità – għalhekk qed jingħataw l-għajnuna meħtieġa għall-inizjattivi li jikkontribwixxu għall-użu aktar effiċjenti ta’ enerġija. Dan huwa konformi mal-għan tal-Gvern li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti f’kull lokalità. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en