Left arrow Go Back

L-EFFETTI TAL-BIDLA FIL-KLIMA FIS-SETTUR AGRIKOLU DISKUSSA WAQT IL-LAQGĦA NFORMALI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AGRIKOLTURA

pr1525
Date Icon 15/09/2009
Fil-laqgħa Informali tal-Ministrital-Agrikoltura tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li nżammet f’Vaxjo, fl-iSvezja llum, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino spjega kif minkejja li s-settur tal-biedja f’Malta jikkontribwixxi biss 2% mill-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra ta’ Malta, dan ma jfissirx li l-agrikoltura Maltija m’hix mhedda mill-effetti tal-bdil fil-klima, u għaldaqstant dan is-suġġett qed jingħata mportanza kbira.
Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ddiskutiett-tema tal-agrikoltura u t-tibdil fil-klima.  Il-Ministru Pullicino għamel referenza għall-aspett ta’ importanza kbira marbut mal-effetti tal-bdil fil-klima fuq il-biedja, punt li kien diġa tqajjem fil-passat fil-Kunsill, il-bżonn għal immaniġġjar aħjar tal-ilma u li jitnaqqas l-effett tan-nixfa.  L-iskarsezza tal-ilma qegħda ssir dejjem iżjed ta’ theddida fil-Mediterran u tista’ ġġib magħha konsegwenzi koroħ għall-bdiewa. Miżuri bħall-bini ta’ ġibjuni u miżuri oħrajn għall-konservazzjoni tal-ilma iridu jkomplu flimkien ma’ miżuri ta’ riċerka dwar varjetajiet ta’ uċuħ li jirreżistu n-nixfa u li jirrikjedu inqas ilma.
Aspett ieħor li jrid isir iżjed progress dwarufuq livell Ewropew huwa dak tat-tikketti fuq il-prodotti tal-ikel. Il-Ministru Pullicino stqarr li llum teżisti xewqa fost il-konsumaturi li jkollhom informazzjoni ċara u fil-qosor dwar liema prodotti jkunu qegħdin  joħolqu inqas gassijiet serra; kemm fid-distanza li jkunu vjaġġaw sa ma waslu fuq l-ixkafef, kif ukoll fil-metodu li bihom ikunu ġew prodotti. Bl-għażliet tagħom il-konsumaturi jistgħu jippremmjaw produzzjoni li tgħin tikkumbatti l-bdil fil-klima, iżda dan jistgħu jagħmluh biss jekk jingħataw informazzjoni ċara u preċiża.
Is-settur tal-biedja għandu wkoll rwolimportanti x’jilgħab fil-mitigazzjoni tal-gassijiet serra permezz ta’ azzjonijiet bħall-ġestjoni tajba tal-fertilizzanti, programmi tal-għalf tal-bhejjem iżjed effiċċjenti, immaniġġjar aħjar fl-irziezet b’ prattiċi li jinvolvu kif jinġabar, jinħażen u proċessat l-iskart kif ukoll kif jiġi utiliżżat id-demel jista’ wkoll jagħti kontribut tajjeb biex jittnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dawn l-isforzi għandhom ikomplu jiġu premjati fil-futur.
Il-Ministru Pullicino tenna li l-gvern Malti,fil-pjan nazzjonali ta’ żvilupp rurali, jkompli jagħti mportanza kbira lill-miżuri ta’ nvestiment li jtejbu l-livell tal-irziezet u l-konsum effiċċjenti tal-enerġija fihom, u f’dawn is-snin ħejja għajnuniet sabiex jintlaħaq dan l-għan. Fil-ġejjieni l-gvern jixtieq jara dan l-isforz ikompli jiġi megħjjun iżjed mill-Unjoni Ewropea permezz ta’ programmi addizjonali ffinanzjati mill-Komunita’ Ewropea, partikolarment fis-settur tal-ħalib li jirrikjedi spejjeż ta’ investment għal dan il-għan.
Pullicino stqarr li għandha tingħata iżjedprijorita lir-riċerka dwar ċertu mard ġdid ta’ l-annimali u tax-xtieli li jista’ jinfirex fil-futur bħala riżultat tal-bidla fil-klima sabiex jiġu evitati danni lill-kommunitajiet agrikoli sħaħ. Fi snin imgħoddija dan diġa seħħ, u ser ikun importanti li ċirkostanzi fil-futur jiġu indirizzati b’appoċċ ta’ prevenzjoni. Huwa importanti li fil-pajjiżi kollha jkunu jeżistu r-riżorsi sabiex jiġu affrontati dawn l-isfidi, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f’pajjiżi terzi minħabba li l-firxa ta’ dan il-mard tista’ tkun globali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow