Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI JIFRAĦ PERSONALMENT LIĊ-CHAMPION TAD-DINJA TAL-POWERBOATS P1, AARON CIANTAR

pr1521
Date Icon 15/09/2009
‘Fl-okkażjoni ta’ dalgħodu nixtieq nifraħ lilAaron Ciantar u t-tim kollu, għax permezz ta’ dan is-suċċess komplew għamlu unur għal pajjiżna.’
Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqtlaqgħa li kellu ma’ Aaron Ciantar fl-Uffiċċju tiegħu fil-Berġa ta’ Kastilja. Flimkien mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli.
Aaron Ciantar għadu kemm wasal lura Maltaminn Siracusa wara li reġa’ sar Champion tad-Dinja tal-klassi Supersport għat-tieni darba.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi semma kif danis-suċċess għandu sinifikat doppju għal pajjiżna kemm għax ic-Champion tad-Dinja huwa Malti u kif ukoll għax id-dgħajsa li biha kkompeta Aaron Ciantar hija mibnija Malta.
Dan qed jgħin ukoll biex dgħajjes mibnijalokalment qed jinbiegħu fis-suq internazzjonali.
Anke l-loġistika tal-kampjonat li jsir madwarid-dinja qiegħed jinħadem minn kumpanija Maltija fejn fost l-oħrajn tieħu ħsieb li tibni l-villaġġi fejn isiru l-kampjonati tal-powerboats f’pajjiżi differenti b’ħaddiema Maltin.
Dan kollu jkompli jżid mal-valur li dan l-isportsqed iġib mhux biss għax qed iservi bħala attrazzjoni turistika imma wkoll għax qed jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-kumpaniji u ħaddiema Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow