MIJIET TA’ MALTIN JIĊĊELEBRAW IL-FESTA TAL-VITTORJA FIL-KATIDRAL TA’ ST MARY F’SYDNEY
pr1520
15/09/2009
| Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru, is-saċerdoti | Maltin tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għal sena oħra tellgħu l-Festa tal-Vittorja fil-Katidral ta’ St Mary f’Sydney, fejn il-Maltin kollha nġabru bi ħgarhom minn kull rokna ta’ New South Wales sabiex iqimu lil Madonna għall-għajnuna li hi tat lil Malta u l-Maltin tul iż-żminijiet fosthom matul l-Assedju l-Kbir tal-1565 u fit-tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. |
| Is-saċerdoti li ħadu sehem din is-sena kienu | Fr Tarcisio Micallef MSSP li kien il-Prim Konċelebrant u li għamel l-omelija tal-okkażjoni, Fr Benedict Sant MSSP u Fr Leonard Testa OFM Conv. Il-kummentatur kien Dr George Boffa filwaqt li r-rużarju tmexxa minn George Felice. |
| Preżenti għal din il-funzjoni kien hemm | il-Kummissarju Għoli għal Malta s-Sur Francis Tabone u l-Konslu Ġenerali għal Malta fi NSW is-Sinjorina Annamaria Bonnici u s-segretarja tagħha Cecilia Borg. Kien hemm ukoll preżenti l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann fosthom is-Sinjura Laura Boffa u Dr George Boffa. Attendew ukoll diversi Presidenti u membri ta’ ħafna Għaqdiet oħra Maltin fi NSW. |
| Kien hemm ukoll grupp ta’ tfal kollha ta’ | dixxendenza Maltija libsin il-kostum Malti, tfajla Maltija, Emily Longo, li libset il-kostum ta’ Malta, kif ukoll Lucy Bonanno li libset l-għonnella. |
| Il-kant kien f’idejn il-Kor La Valette mmexxi | mis-Sur Victor Florida fejn kantaw il-partijiet prinċipali tal-quddiesa b’innijiet Ewkaristiċi u xi innijiet tal-Madonna bil-Malti. |
| Fl-għeluq tal-quddiesa, Father Tarcisio | rringrazzja b’mod speċjali lis-saċerdoti li kkonċelebraw miegħu, lil dawk li ħadu sehem, lil dawk l-Għaqdiet kollha li attendew b’mod speċjali dawk li attendew bil-bandalori tagħhom u lil kull min għen biex din il-festa tkun ta’ suċċess. Irringrazzja wkoll lill-media Maltija kemm dawk li jxandru minn fuq ir-radju u lill-unika gazzetta Maltija fl-Awstralja, The Maltese Herald, għas-sapport tagħhom. Fl-aħħar, bħal ma jiġri kull sena, huwa stieden lil kulħadd biex imur De Piro House, 19 Stanley Street, East Sydney għal kikkra té jew kafé u xi ħaga tal-ikel. |
| Il-festa tal-Vittorja hija l-aktar waħda | popolari fost il-Maltin ta’ Sydney u NSW. Din il-festa tiġi ċċelebrata ukoll fil-parroċċi ta’ Horsley Park, ta’ Greystanes, f’Wollongong kif ukoll mill-Għaqda Kulturali Maltija ta’ NSW. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en