Left arrow Go Back

Approvata l-ħatra ta’ Mħallef u żewġ Maġistrati ġodda

pr1516
Date Icon 14/09/2009
Il-Kabinett tal-Ministri dalgħodu approvan-nomina tal-Maġistrat Michael Mallia bħala Mħallef tal-Qrati ta’ Malta.  Ġew approvati wkoll in-nomini ta’ l-Avukat Claire Stafrace Zammit u ta’ l-Avukat Gabriella Vella bħala Maġistrati fl-istess Qrati.
Il-Maġistrat Michael Mallia twieled nhar il-31ta’ Marzu 1950 ġewwa l-Belt Valletta.  Huwa ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1975.  Huwa ġie nominat Maġistrat nhar it-8 ta’ Jannar 1986 u, sa Novembru 2000, huwa serva wkoll bħala Maġistrat fil-Qorti ta’ Għawdex.
Il-Maġistrat Mallia huwa miżżewweġ lil LornaWismayer u għandhom żewġ ulied, Danielle u Nicholas.
L-Avukat Claire Stafrace Zammit twieldet nharit-8 ta’ Diċembru 1973 ġewwa l-Belt Valletta.  Hija ggradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1999.  Matul dawn l-aħħar għaxar snin hija ħadmet fl-oqsma tal-Liġi dwar il-Familja (Kriminali u Ċivili), Liġi Ċivili u fil-qasam tal-liġi dwar l-Ippjanar u l-Ambjent.
L-Avukat Claire Stafrace Zammit hija miżżewġalill-Avukat Ian Stafrace u għandhom żewġt’ibniet, Cristina u Carla.
L-Avukat Gabriella Vella twieldet nhar is-26 ta’Novembru 1975.  Hija ggradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1999 u tokkupa l-kariga ta’ Chairperson tal-Bord ta’ l-Appell tal-Affarijiet tal-Konsumatur kif ukoll hija Chairman tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar. L-Avukat Gabriella Vella ħadmet fl-oqsma tal-liġi Ċivili, Kummerċjali u Industrijali u hija wkoll arbitru.
L-Avukat Gabriella Vella hija miżżewġa lis-SurChristopher Spiteri.
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern CarmeloMifsud Bonnici feraħ lill-Imħallef u lill-Maġistrati l-ġodda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow