IL-KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA B’INIZJATTIVI GĦALL-KAMPANJA TINDIF
pr1505
12/09/2009
| Bħala parti | mill-“Inizjattiva Premju Lokalitajiet Indaf”, il-Kunsill Lokali Mellieħa qed jorganizza numru ta` inizjattivi ta’ tindif kemm fuq l-art kif ukoll taħt il-baħar. |
| L-attivitajiet | bdew waqt ‘Avventura Sajf 2009’, Kamp tas-Sajf għat-tfal, li ntemm f`dawn il-jiem, fejn il-Kunsill tal-Mellieħa nieda kampanja ta` informazzjoni dwar l-indafa fil-lokalita`. L-attivitajiet qed jitkomplew waqt ‘Iljieli Melleħin’, waħda mill-attivitajiet prinċipali li jorganizza l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u li tibqa’ għaddejja sal-Ħadd 13 ta` Settembru. |
| Din is-sena l-Kunsill | xtaq li jagħti l-importanza xierqa lil din il-kampanja ta` tindif u għal dan il-għan, ħoloq attivita` li fiha qed jinvolvi rappreżentanza qawwija mit-53 għaqda u soċjeta` li jiffurmaw il-kommunita` Melleħija. Flimkien ma` dawn l-għaqdiet qed jieħdu sehem il-kuntratturi li huma responsabbli mill-indafa fil-Mellieħa. |
| It-tindif qed | isir f`kull żona fil-Mellieħa li tinkludi: iċ-ċentru tar-raħal u żoni oħra bħall-Manikata, l-Għadira, ic-Ċirkewwa, l-Aħrax u l-Armier, Selmun u Santa Maria Estate. Peress li l-Mellieħa hija mdawra bil-baħar, il-Kunsill ha inizjattiva wkoll li jsir tindif taħt il-baħar f`uħud miż-żoni popolari fix-xhur tas-sajf. Is-Sindku Robert Cutajar stqarr li t-tindif mhux qed isir biss fiż-żoni li jidhru iżda wkoll f`dawk il-partijiet li ma jkunux taħt il-lenti tal-massa tal-poplu. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Chris Said attenda l-attivita` tat-tindif li saret dalgħodu fil-post magħruf bħala tat-Tunnara, fejn bħalissa qed jitwettaq proġett ta’ embellisment u resurfacing. Hu stqarr li 58 lokalità urew interess li jipparteċipaw f’din l-inizjattiva li se tippremja €60,000 lill-iktar lokalitajiet indaf. Chris Said enfasizza l-importanza li kull lokalita' tinżamm nadifa biex tispikka s-sbuħija ta' kull lokalita': |
| “Nappella | lill-kunsilli biex jagħtu ħafna aktar attenzjoni lill-indafa - il-maġġoranza hekk qed jagħmlu, pero` hemm uħud li m’humiex jagħtu verament każ l-indafa fil-lokalita'. Kull Kunsill jista’ jaħdem biex ir-residenti jkunu sħab miegħu biex tinżamm l-indafa fil-postijiet kollha pubbliċi. Hawn Kunsilli Lokali li qed jaħdmu bħa ma qed jagħmel dak tal-Mellieħa flimkien mal-għaqdiet kollha tal-lokal li jirrapreżentaw lir-residenti.” |
| Bħalissa numru ta’ spezzjonijiet qed isiru | fil-lokalitajiet kollha. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en