Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI

pr1499
Date Icon 11/09/2009
B’reazzjoni għal-istqarrija maħruġa mill-kelliemtal-Oppożizzjoni Leo Brincat
B’reazzjoni għall-istqarrija ripetittivatal-kelliem tal-Oppiżizzjoni Leo Brincat, il-Gvern jixtieq ifakkar lill-istess Onorevoli li hija l-Oppożizzjoni li dejjem opponniet u ma tikkollaborax mal-Gvern f’inizjattivi ambjentali. Il-Gvern  għaddej b’ħidma kontinwa u bla waqfien u poġġa  bħala priorita’ dan il-qasam tal-enerġija alternattiva.
l-iżviluppfil-qasam tal-enerġija alternattiva ma jseħħx bil-kantaliena ta’ stqarrijiet ripetittivi iżda b’miżuri u skemi konkreti. Sal-lum l-Oppożizzjoni dejjem żammet il-pożizzjoni li tfixkel aktar milli tikkopera sabiex pajjiżna jkompli jiżviluppa f’dan il-qasam. Dan għamlitu fid-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart, dwar l-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’ Antnin, dwar it-tibdil fil-klima, dwar l-iskemi li jinċentivaw lill-familji jinvestu f’apparat ta’ enerġija nadifa, kif ukoll dwar l-iżvilupp ta’ Wind Farms f’pajjiżna.
B’referenza għal IRENA (The InternationalRenewable Agency) l-Gvern ifakkar lill-Onorevoli Brincat li Malta ssieħbet f’din l-Organizzazzjoni flimkien ma’ 22 pajjiż ieħor fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju ta’ din is-sena.
Il-Gvern jitlob għal aktar maturita’ politikasabiex pajjiżna jkompli jiżvilluppa f’dan il-qasam.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow