Left arrow Go Back

OPEN DAY F’VILLA FRANCIA NHAR IL-ĦADD LI ĠEJ

pr1496
Date Icon 11/09/2009
Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru se ssir OpenDay f’Villa Francia wara li sar proġett estensiv ta’ restawr.  L-Open Day se ssir bejn il-11.00 a.m. u s-6.00 p.m.  Din il-Villa tħalliet b’wirt lill-Istat mill-familja Francia.  Villa Francia tinsab fi Triq Preziosi, Hal Lija.
Waqt din l-Open Day il-pubbliku se jkunjista’ jżur il-ġonna u l-kmamar kollha ta’ din il-Villa li ġiet restawrata fl-aħħar snin.  Se jkun hemm ukoll għall-wiri dokumenti storiċi u affarijiet oħra, li se jkunu esebiti għall-ewwel darba, marbuta mal-ħajja ta’ Sir Ugo Mifsud li miet f’din il-Villa.  Ugo Mifsud kien it-tielet Prim Ministru ta’ Malta, u serva bejn 1924 u l-1927 u bejn 1932 u l-1933.
Sabiex sar il-proġett ta’ restawr ġie ffurmattim professjonali, li kien maghmul minn grupp multidixxiplinarju ta’ professjonisti b’esperjenza vasta.  Fost dawn il-professjonisti kien hemm speċjalista tal-konservazzjoni tal-bini, konservaturi speċjalizzati fil-pittura, inġinier mekkaniku u tal-elettriku u landscape architect. Xi wħud mill-ħaddiema li ġew magħżula speċifikament għal dan il-proġett kienu mħarrġa fir-restawr.
Fuq dan il-proġett ħadmu ħaddiema mid-Dipartimenttax-Xogħlijiet Pubbliċi u studenti.  Studenti tal-MCAST li kienu qed jitħarrġu fil-konservazzjoni tal-patrimonju tal-bini ġew sponsorjati u ngħataw l-opportunità li jiksbu esperjenza f’dan ir-rigward permezz ta’ dan il-proġett. Matul il-proċess ta’ tindif u restawr, instabet parti żgħira minn skultura elaborata. Dan kien possibbli minħabba l-metodoloġija sensittiva li kienet qed tintuża għat-tindif. Din is-sejba wasslet għal skavar bir-reqqa tal-iskultura kollha.
Waqt l-OpenDay il-pubbliku se jkun jista’ jara dan il-patrimonju ta’ arkitettura, arti, storja u ħila tal-ħaddiema. Se jitqassam ktieb kommemorattiv dwar l-istorja ta’ Villa Francia.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow