Left arrow Go Back

ŻEWĠ PROĠETTI B’FONDI EWROPEJ MILL-ASSOĊĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI

pr1484
Date Icon 09/09/2009
Fil-preżenzatas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali llum nediet żewġ proġetti ko-finanzjati mill-UE li hija msieħba fihom.
L-ewwel proġettMedins ffinanzjat mill-INTERREG, hu proġett ta' kooperazzjoni transnazzjonali li l-għanijiet tiegħu huma li jikkataloga, jippromwovi u jivvaloratizza l-patrimonju kulturali intanġibbli, bħalma huma l-festi u tradizzjonijiet, il-lingwa, l-arti performattiva, u r-ritwali. Il-proġett se jistabbilixxi netwerk ta’ operaturi mill-Ewropa ta’ isfel li qed jaħdmu biex l-elementi kulturali intanġibbli jiġu mħarsa mir-riskju ta' estinzjoni, filwaqt li jiġu wżati bħala riżors għall-iżvilupp tal-lokalitajiet.
Wieħed mill-għanijietta’ dan il-proġett huwa l-kreazzjoni ta’ reġistru online(Invisible Heritage Register), li jikktataloga l-wirt intanġibbli tal-pajjiżi parteċipanti.
It-tieni proġetthuwa Philoxenia, li għal  tliet snin, minn din is-sena sa l-2012, il-proġett ser ikollu l-appoġġ finanzjarju, tekniku u kulturali biex jghin 90 persuna, 54 nisa u 36 irġiel, li jixtiequ joħolqu proġetti  żgħar biex jikkontribwixxi għall-kontinwità tat-territorji rurali. Il-baġit totali għal dan il-proġett huwa ta’ madwar €1.9 miljun filwaqt li l-baġit għall- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali huwa madwar € 280,000.
Waqt din il-presentazzjonitwaqqaf l-isteering committee ta’ dan il-proġett f’Malta b’rapreżentanti tac-Chamber of Commerce, GRTU, MCESD, ETC, BOV, Malta Enterprise, id-Dipartiment tal-Kummerċ, u l-media.  Il-proġett ser iwaqqaf 15-il intrapriżi żgħar f'Malta u Għawdex u se jipprovdu assistenza lil dawn l-intraprendituri.
F’intervent ligħamel, l-Onor Chris Said faħħar il-ħidma tal-Assoċjazzjoni li qed tkabbar id-dimensjoni tagħha u qed tidħol għal proġetti innovattivi li għandhom ukoll diversifikazzjoni – wieħed bl-għan li jqajjem kuxjenza fuq il-wirt intanġibbli u qed jara li jippreserva dan il-wirt, filwaqt li l-ieħor qed jagħraf jiftaħ orizzonti ġodda għal opportunitajiet ta’ xogħol għal nisa u rġiel  permezz ta’ proġetti żgħar imma relevanti f’żoni rurali. Is-Segretarju Parlamentari enfasizza wkoll l-importanza tal-kunsilli lokali biex jattiraw aktar fondi Ewropej li jistgħu jissarfu f’iktar opportunitajiet ta’ xogħol għar-residenti, kif ukoll l-importanza li l-Kunsilli jaħdmu f’networking kemm ma’ organizazzjonijiet Maltin kif ukoll barranin biex jagħrfu jaqsmu u jrawmu esperjenzi ġodda.
Dawn iż-żewġproġetti qed jiggwadanjaw mill-Fond ta’ Ko-finanzjament għal Proġetti Ewropej tal-Kunsilli Lokali taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow