MALTA TINGĦATA PROMINENZA FIL-MEDIA TAL-QATAR
pr1477
07/09/2009
| Il-ftehim bilaterali li ġew iffirmati mill-Viċi | Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg fil-Qatar u d-delegazzjoni kummerċjali li ttellgħet minn Malta ftit tal-ġranet ilu fil-Qatar stess, ingħataw prominenza minn diversi ġurnali u siti elettroniċi hekk kif dehru bosta artikli li semmew dan l-avveniment. Fil-Qatar il-Viċi Prim Ministru kien qed jakkumpanja lill-President ta’ Malta l-E.T Dr George Abela fuq żjara statali, filwaqt li d-delegazzjoni kummerċjali, li ġiet organizzata mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Malta Enterprise, kienet tinkludi 26 negozjant jew professjonista Malti. |
| Fost l-iktar ġrajjiet li ngħataw importanza | kien hemm il-ftehim li ffirma l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affaijiet Barranin Tonio Borg dwar is-servizzi tal-ajru. Bosta ġurnali fosthom dawk elettroniċi, irrapurtaw din l-aħbar, b’attenzjoni partikolari dwar il-ftehim bejn il-Qatar Airways u l-Lufthansa li permezz tiegħu se jintużaw il-faċilitajiet tal-kumpanija Ġermaniża f’Malta; dan ifisser li se jinħoloq iktar xogħol għall-ħaddiema Maltin. |
| Diversi pubblikazzjonijiet huma bl-Ingliż u | bil-lingwa Għarbija, u għalhekk hemm il-potenzjal li diversi pajjiżi li jużaw dawn iż-żewġ lingwi jistgħu jaqraw il-kontenut. |
| Fost il-ġurnali eletroniċi li taw prominenza | lil din iż-żjara huma, The Peninsula On-line, li huwa ġurnal ta’ kuljum bl-Ingliż fil-Qatar. Is-Sit elettroniku zawja.com li hija meqjusa bħala waħda mill-iktar kumpaniji importanti fil-Lvant Nofsani fit-tixrid ta’ informazzjoni fil-qasam tal-investiment, il-kummerċ u n-negozju. Dan is-sit ikkumenta b’mod pożittiv ħafna dwar il-ftehim tas-servizzi tal-ajru li ġie ffirmat mill-Viċi Prim Ministru, kif ukoll dwar il-ftuħ tal-uffiċċju tal-Komunita’ Ewropea u l-Lega Għarbija f’Malta li se jsir fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-ġurnal elettroniku fisser dan il-pass bħala wieħed li se jsaħħaħ iktar ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-pajjiżi Għarab. L-istess aħbar ġiet ukoll rappurtata fis-sit elettroniku menafn.com. Dan is-sit elettroniku jitratta aħbarijiet marbuta mal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq. |
| Intant il-websajt, gulfinthemedia.com | stqarret li s-sitt ftehim bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi se jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Gulfinthemedia.com hija sit elettroniku li jiġi ppubblikat online kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa Għarbija u l-għan tagħha hu li tirrapporta dwar dak kollu li qed jiġri fir-reġjun tal-Golf. Fost il-ġurnali stampati li taw prominenza lil din iż-żjara kien hemm Al-Sharq, Raya, Qatar Tribune u Al-Watan. |
| Fiż-żjara li saret fil-Qatar fl-aħħar | t’Awwissu, il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg b’kollox iffirma sitt ftehim bilaterali li flimkien ma’ dak tal-ajru li diġà ssemma’, jinkludu wkoll qbil Dwar il-Ħelsien mit-Tassazzjoni Doppja. Koperazzjoni fil-Qasam Legali; Koperazzjoni u qsim ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti bejn iż-żewġ pajjiżi; Memorandum of Understanding dwar konsultazzjonijiet politiċi bilaterali u iehor dwar il-qasam sportiv. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en