ĊELEBRAZZJONIJIET GĦAL JUM IL-VITORJA 2009 F’GĦAWDEX
Il-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex qed jorganizza ċerimonja kommemorattiva għal Jum il-Vitorja, nhar il-Ħadd 6 ta’ Settembru 2009, fil-11.00 a.m. Din iċ-ċerimonja se tkun ippreseduta mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono.
Il-programm se jkun dan li ġej:
11.00 a.m. Wasla tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono
11.05 a.m. Preżentazzjoni ta’ verżjoni animata tal-poeżiji, L-Għanja tar-Rebħa ta’ Dun Karm Psaila u Malta GC ta’ Ġużè Chetcuti. Tinkludi żifna It-Taqbida b’korejografija ta’ Dr Simone Grech u l-għanja Bennejja ta’ l-Istorja Maltija bi kliem ta’ Alfred Attard u mużika ta’ Joellson Bezzina.
11.15 a.m. Il-Banda tal-Pulizija timmarċja minn Pjazza Savina għal Pjazza Indipendenza. Display b’siltiet mużikali mill-Banda tal-Pulizija.
11.30 a.m. Dħul fil-pjazza tal-istakkament tal-Forzi Armati ta’ Malta
L-Onor. Ministru tqiegħed kuruna f’isem il-poplu Għawdxi f’riġlejn il-monument tal-Vittmi tal-Gwerra.
Jindaqq l-Innu Nazzjonali
Marċ mill-Banda tal-Pulizija minn Pjazza Indipendenza tul Triq ir-Repubblika.
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en