Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2009

pr1468
Date Icon 04/09/2009

It-Tnejn , 7 ta' Settembru 2009

10.00 hrs Tqegħid ta' kuruni mill-KumitatFesti Nazzjonali fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata u wara mal-Monument tal-Vittorja, Isla
Serata Kommemorattiva f' Misraħ l-Assedju, il-BeltValletta
18.10 hrs Marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta'Malta minn Bieb il-Belt għal Misraħ l-Assedju.
18.20 hrs Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Maltataħt it-tmexxija tal-Band Master, Kaptan John Ivan Borg, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument tal-Assedju l-Kbir, f’Misraħ l-Assedju, Valletta

18.30 hrs Wasla tal-mistednin distinti

18.43 hrs Wasla ta' l- Prim Ministru

18.45 hrs Programm Musiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati. Matul is-serata jsir diskors kommemorattiv minn Dr Stephen C Spiteri. Fl-istess serata jitkantaw biċċiet mużikali tradizzjonali minn Christabel Curmi akkumpanjata mill-kitarrista Kevin Spiteri. Barra minnhekk jinqraw diversi poeziji marbuta mal-okkażjoni. Lejn l-aħħar tas-serata ssir ċerimonja ta’ Tqegħid ta' Kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti.

INNU NAZZJONALI

…/…

It-Tlieta 8 ta' Settembru, 2009

"JUM IL-VITTORJA"

Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta' SanĠwann
09.30 hrs Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta'Malta flimkien ma' Gwardja tal-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana għal Triq ir-Repubblika, Valletta
09.42 hrs Wasla tal-Gwardja tal-Unur ul-Banda tal-Forzi Armati f' Misraħ San Ġwann, Valletta

09.48 hrs Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

09.51 hrs Wasla tal-Prim Ministru

09.55 hrs Wasla tal-E.T. il-President ta'Malta
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjonital-Gwardja tal-Unur
10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-"Te Deum"
11.05 hrs Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-Presidentta' Malta fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, Valletta

Regatta fil-Port il-Kbir

14.15 hrs Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, li fiha il-"clubs" tar-Regatta affiljati mal-Għaqda Regatta Nazzjonali, li huma Birżebbuġia, Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett-Valletta jikkompetu f' Tiġrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'żewġt imqadef; Fregatini b'żewġt imqadef u tmunier u Kajjikki b'żewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet fil-Kategorija Open u ħames tiġrijiet fil-Kategorija “B” . Fl-aħħar tat-tiġrijiet issir il-preżentazjoni tas-shields.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow