Left arrow Go Back

Mewt kawża tal-Influwenza A H1N1

pr1463
Date Icon 03/09/2009
Anzjan ta’ 63 sena, li kelludiversi problemi ta’ saħħa kronici, miet minħabba kumplikazzjonijiet ikkawżati mill-Influwenza A H1N1.  Fit-23 ta’ Awwissu l-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei f’kundizzjoni ta’ saħħa ħazina minħabba kundizzjonijiet kroniċi li hu kellu. Waqt li kien qiegħed jigi rikoverat fit-taqsima ta’ kura intensiva, ġie stabbilit li fost oħrajn kellu l-Influwenza A H1N1.
L-anzjan miet it-Tlieta l-1 ta’ Settembru kawżata’ kumplikazzjonijiet li żviluppaw fost oħrajn mill-Influenza A H1N1.
Sallum f’Malta kien hawn total ta’ 282 każkkonfermat ta’ Influwenza A H1N1, li minnhom 255 fiequ mingħajr kumplikazzjonijiet.
Mill-ġdid inħeġġu lil kull min iħossu ma jiflaħxbiex ma joħroġx u jibqa d-dar sakemm jgħaddilu.  Dan, flimkien mal-ħasil frekwenti tal-idejn bl-ilma u s-sapun għandhom jevitaw it-tixrid tal-influwenza.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu iċempelfuq il-helpline 21 324086.

Videos bil-Malti li juru x’għandek tagħmel f’każ li għandek l-influwenza jinsabu fuq il-website - http://www.youtube.com/segretarjat

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow