STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
Is-Suq Miftuħ - Awtorita’ Dwar it-Trasport
| B’Riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-Kelliema | Ewlenin tal-Partit Laburista, Marie Louise Coleiro Preca u Joe Mizzi dwar l-użu tad-Double Decker Buses, il-Ministeru jiċċara dan li ġej: |
| 1. L-Awtorita’ Dwar it-Trasport m'hi qiegħda | tagixxi b’ebda mod irresponsabbli u insolenti fil-liċenzjar ta’ double decker buses tal-kumpanija Garden of Eden. Kieku kien hekk, m'hemmx dubju li kif ipprova jagħmel dan l-operatur kien ifittex ir-raġun fil-Qrati, iżda meta ma ngħatalux mar biex jingħata raġun mill-Partit Laburista. L-Awtorita’ dwar it-Trasport tipproċessa l-applikazzjonijiet, inklużi dawk tal-Garden of Eden, skond il-liġi u m'hux skond għal min huma l-ħbieb li jaqbżu għalihom il-Kelliema tal-Partit Laburista. |
| 2. Fir-rigward tad-deciżjoni tal-Kummissjoni | għall-Kummerċ Ġust, din id-deciżjoni kienet tirrigwarda tlett double decker buses tal-Garden of Eden li fil-fatt huma ġew illiċenzjati u qed joperaw fuq it-toroq mill-Garden of Eden. M'hemm ebda deċiżjoni li ttieħdet minn xi Kummissjoni li ma ġietx implimentata. |
3. Inċidentalment, l-Awtorita’ nidiet proċeduri ġudizzjarji quddiem il-Qrati Ċivili u qiegħda preżentement tikkontesta il-legittimita’ tas-sentenza tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust għaliex, fil-fehma ta’ l-istess Awtorita’, il-Kummisjoni ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tagħti d-deċiżjoni tagħha. Fil-fatt, l-Awtorita’ talbet stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust sabiex konsegwentement din tigi ddikjarata nulla u inattendibbli. Dawn il-proceduri għadhom pendenti quddiem il-Qorti li għadha ma tatx il-ġudizzju tagħha f’dan ir-rigward.
4. Għall-kuntrarju ta’ dak li qed jallega l-Partit Laburista, l-Awtorita’ mhix qed tipprova tagħlaq is-suq u lanqas mhi qed tħejji strateġiji ta’ natura kummerċjali. Bil-kontra dan is-Settur infetaħ beraħ għal kull min hu interessat u għal kull min jissodisfa l-kriterji fil-liġi li jgħoddu l-istess għal kulħadd, anke għall-ħbieb li jaqbżu għalihom il-Kelliema tal-Partit Laburista. L-Awtorita’ qed tapplika l-liġi bl-istess mod għall-operaturi kollha, inkluż il-Garden of Eden, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet ta’ double decker buses u għaldaqstant, l-operaturi tal-Garden of Eden ma jistgħux jippretendu li għandhom xi privileġġ speċjali u li l-liġi m’għandhiex tapplika għalihom.
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en